Left arrow Go Back

ISSIR L-EWWEL LAQGĦA TAL-KUNSILL KONSULTATTIV TAL-INTRAPRIŻA: IL-GVERN, L-AWTORITAJIET REGOLATORJI U S-SETTUR TAN-NEGOZJU FUQ MEJDA WAĦDA

pr1404
Date Icon 28/07/2010
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u InvestimentTonio Fenech dalgħodu mexxa l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriża, li twaqqaf kif imħabbar fil-Baġit għal din is-sena. Dan il-Kunsill se jservi ta’ djalogu fuq bażi strutturata u regolari bejn il-Gvern, l-awtoritajiet regolatorji u r-rappreżentanti tan-negozji, li se jpoġġu fuq l-istess mejda biex jiddiskutu temi li jolqtu lis-settur ekonomiku, jidentifikaw flimkien soluzzjonijiet għal problemi li dan is-settur jiltaqa’ magħhom, kif ukoll fejn jiġu idenitifikati ideat li jistgħu jmexxu dan is-settur ‘il quddiem.
TonioFenech sostna li dan il-Kunsill se jkun mezz li jippermetti lill-Gvern biex ikun aktar qrib il-ħtiġijiet tal-intrapriża u jkun f’pożizzjoni li jifhem aktar il-bżonnijiet tagħha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu. Huwa fakkar kif matul il-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-Gvern għażel li jitkellem mas-setturi partikolari u jidentifika l-inizjattivi meħtieġa biex jgħin il-każijiet speċifiċi. Bl-istess mod, dan il-Kunsill għandu jaħdem biex itejjeb il-ħajja tan-negozju billi jidentifika dawk il-kwistjonijiet li jillimtaw it-tkabbir, l-iżvilupp u l-kompetittività tiegħu.
Waqtl-istess laqgħa, tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi, li introduċa d-diskussjoni dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u ta spjega ta’ x’ser ikun propost li jkun fiha din il-ligi.  Huwa saħaq li dan l-Att ser iwassal għal leġiżlazzjoni aħjar għan-negozji żgħar u medji f’pajjiżna.
Fostoħrajn, dan l-Att ser ikun qed jipprovdi għall-introduzzjoni ta’ SME test, li trid tgħaddi minnu kull liġi li jkollha impatt fuq l-SMEs, biex jiġi żgurat li ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-intrapriżi speċjalment dawk żgħar; perjodu ta’ xahrejn (stand-still), bejn il-pubblikazzjoni ta’ liġijiet li jeffettwaw l-SMEs u l-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll il-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ guidelines user friendly tal-liġi li teffettwa l-SMEs, biex jispejagaw x’inhu mistenni mill-operaturi;  twaqqif ta’ korp konsultattiv iddedikat li jassisti l-Gvern fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika għall-intrapriżi; twaqqif ta’ kulleġġ ta’ regolaturi li jagħti pariri lill-Gvern dwar il-politika regolatorja għas-settur; entitajiet pubbliċi jkun jinħtieġilhom jagħmlu surveys regolatorji u indipendenti dwar is-servizz li huma joffru lill-klijenti SME tagħhom, biex jiġi żgurat li dawn jibqgħu jaqduhom b’mod effiċjenti; issir ġabra tal-informazzjoni kollha neċessarja għan-negozji żgħar f’post wieħed online, li tiffaċilita referenza għalihom mill-operaturi u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs jiġu mħajra jaddottaw Kodiċi ta’ Etika.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow