Left arrow Go Back

Attivitajiet għat-tfal f’xatt il-baħar

pr1403
Date Icon 28/07/2010
L-attivitajiet li l-MTA qed torganizza f’xattil-baħar għat-tfal għandhom skop rikrejjativ, iżda f’ċerti każi anki edukattiv. Fl-attività li qed tittella’ l-lum  itfal ta’ bejn is-6 u t-12-il sena qed jiġu mgħallma minn żewġ mużiċisti kif jipproduċu l-mużika minn skart riċiklat.
Dan qalul-Onor. Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura meta żar tfal li kienu qed jieħdu sehem f’attività organizzata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kull nhar ta’ Erbgħa.
L-AwtoritàMaltija għat-Turiżmu hija responsabbli mill-immaniġġjar ta’ numru ta’ bajjiet.  L-MTA tieħu ħsieb l-immaniġġjar tal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan; tal-’perched beach’ f’Buġibba; tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa u ta’ Golden Bay fil-Mellieħa, f’Malta kif ukoll tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex.
Appartil-immaniġġjar fuq ir-ramel din is-sena l-MTA bdiet ukoll esperiment tal-immaniġġjar ta’ bajjiet tal-blat.  L-iskop aħħari hu li kull bajja tilħaq l-ogħla livell fir-rigward ta’ immaniġġjar, li hu l-livell issettjat mill-kriterji tal-Blue Flag International.  S’issa Malta għandha żewġ bajjiet li huma Blue Flag: San Ġorġ u Buġibba Perched Beach u tliet bajjiet oħra li ħadu l-Beach of Quality Award: l-Għadira, Golden Bay u r-Ramla l-Ħamra.  Il-Beach of Quality Award jirrikonoxxi li qed isir titjib fuq il-bajja iżda li jkun għad baqa’ xi jsir biex il-bajja tilħaq il-livelli ta’ Blue Flag.
Il-kriterjili fuqhom l-Foundation for Environmental Education (FEE) tagħti l-award tal-blue flag huma erba’
o    Edukazzjoniu Informazzjoni Ambjentali – jiġifieri fost oħrajn il-provediment ta’ edukazzjoni u informazzjoni fuq l-eko-sistema tal-bajjiet, kif taħdem il-bajja, ħlejjaq li jgħixu taħt ir-ramel u l-baħar;
o    Kwalita’tal-Ilma Baħar – li fost oħrajn jesiġi li l-bajja tkun bajja fejn wieħed jista’ jgħum u dan wara li jsiru, b’mod regolarissimu, numru ta’ testijiet tal-kwalità tal-ilma;
o    Immaniġġjartal-bajja – li jfisser li l-operat fuq il-bajja jkun skond il-liġijiet tal-pajjiż u li fost oħrajn jiġu addottati prassi biex isir separazzjoni ta’ skart u jiġu offruti servizzi varji;
o    Sigurtàu Servizzi –jiġu offruti s-servizzi kollha neċessarji li wieħed ikollu bżonn meta jmur jgħum.  Apparti dan ikun hemm ukoll xogħol anċillari biex entitajiet diversi li b’xi mod ikunu involuti fl-immaniġġjar tal-bajja jkunu qed jikkoordinaw ix-xogħol ħalli jaraw li l-impatt fuq l-ambjent huwa minimu filwaqt li s-saħħa tal-għawwiema hija żġurata f’kull ħin.
Biextilħaq il-livelli neċessarji l-MTA tagħmel numru ta’ attivitajiet edukattivi b’temi ambjentali biex tkompli żżid l-għarfien fost il-pubbliku inġenerali dwar l-ambjent tal-bajjiet.  Fost l-attivitajiet relatati ma’ dan din is-sena saru dawn l-attivitajiet:
o    Ħelsiental-fkieren ġewwa l-bajja tal-Għadira;
o    Attivitàbiex in-nies tifhem aħjar il-ħajja ta’ taħt il-baħar – attivitajiet li saru Buġibba Perched Beach u Font Għadir;
o    Esibizzjonidwar l-ekosistema tal-bajjiet, wirja li matul is-sajf iddur minn bajja għal bajja;
o    Informazzjonidwar il-ħsara li tagħmel espożizzjoni żejda għax-xemx;
o    Kompetizzjonifotografika dwar l-ekosistema marittima;
o    Parteċipazzjonifi skola sajf fejn studenti ġew mgħallma dwar l-ambjent tal-bajjiet u l-bżonn li anke meta jkunu l-baħar jagħmlu separazzjoni tal-iskart.
Dinis-sena l-MTA kellha wkoll żewġ kampanji fil-medja lokali dwar separazzjoni tal-iskart fuq il-bajjiet u anke l-bżonn biex jitnaqqsu l-loqom tas-sigaretti minn fuq il-bajjiet minħabba li dawn jieħdu għexieren ta’ snin qabel jispiċċaw kompletament (minkejja li l-ħsara tossika li dawn jagħmlu tiġi rrilaxxata immedjatament fl-ambjent tal-madwar).
Il-kampanja,msejjħa ‘Mid-week at the beach’ għandha l-għan li kull nhar ta’ Erbgħa bejn 10.00 u 12.00 isiru attivitajiet varji għat-tfal. Fost l-attivitajiet ippjanati nsibu Sand Castle Building Activity u Sports at the Beach, li diġa ttellgħu u Music from Recycled Objects li qed tkun organizzata l-lum.

It-tfal huma mħeġġa jipparteċipaw.  Aktar informazzjoni qed tingħata fuq il-medja lokali, l-www.mta.com.mt u l-www.visitmalta.com

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow