L-AMBAXXATURI MALTIN IMĦEĠĠA JKOMPLU JAĦDMU BIEX JATTIRAW IKTAR INVESTIMENT LEJN MALTA U JSAĦĦU L-POLITIKA BARRANIJA TA’ PAJJIŻNA
pr1401
28/07/2010
| Il-Viċi | Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg ta bidu għal konferenza ta’ tlett ijiem li fiha qed jitlaqqgħu it-28 Ambaxxatur Malti li jservu ‘l pajjiżna barra minn Malta. Din hija t-tielet darba f’din il-leġislatura li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed ilaqqa’ lill-Ambaxxaturi u l-għola uffiċjali tal-Ministeru. F’dawn il-laqgħat ikun diskuss l-operat tal-Ministeru u l-Ambaxxati. Dan sabiex tiġi aġġornata l-ħidma diplomatika, politika u ekonomika li titwettaq barra minn Malta. |
| Fid-diskors tal-ftuħ, il-Viċi Prim Ministru Tonio | Borg faħħar il-ħidma tal-Ambaxxaturi Maltin u sostna li pajjiżna qed jakkwista riżultati tajbin bil-ħidma diplomatika tagħhom. Fosthom irrefera għas-suċċess fl-akkwist tal-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn dwar l-Ażil, li Malta irnexxilha takkwista d-dritt li tospitah. Malta akkwistat ukoll id-dritt li jkollha Deputat Segretarju Ġenerali Malti fl-Unjoni tal-Mediterran. |
| Il-Viċi | Prim Ministru rikonoxxa l-ħidma li wettqu l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta li, b’koordinazzjoni flimkien mal-Ministeru tal-Ġustizzja, u taħt id-direzzjoni u t-tmexxija tar-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana, pajjiżna, irnexxielu jġib dan ir-riżultat. Fl-istess waqt, Dr Tonio Borg fakkar fl-akkwist l-ieħor li għamlet Malta fl-aħħar sentejn bil-ftuħ tal-Uffiċċju Konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Lega Għarbija f’Malta. |
| Il-Viċi | Prim Ministru sostna li matul dawn it-tlett ijiem il-laqgħat se jiffukaw fuq diversi elementi, b’enfażi speċjali fuq ir-relazzjonijiet bilaterali, mhux biss mal-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea, iżda wkoll ma bosta pajjiżi oħrajn fosthom dawk tal-Mediterran. |
| Dr Tonio | Borg elenka numru ta’ żjarat li huwa wettaq li, fi kliemu, qed itejjbu ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi ma’ dawn il-pajjiżi. Fakkar ukoll fl-importanza li Malta tkun dejjem iktar preżenti u parteċipi fil-Fora Multilaterali fosthom in-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa. Dwar il-Mediterran il-Viċi Prim Ministru qal li Malta għandha viżjoni importanti f’dan il-qasam. Sostna li pajjiżna kien dejjem preżenti fil-ħolqien tal-istrutturi kollha Mediterranji. Tenna li fl-aħħar sena żar l-Eġittu, il-Libja, u t-Tuneżija, dan bil-għan li tkompli tinbena r-relazzjoni bilaterali u tissaħħaħ dejjem iktar dik fi ħdan il-grupp tal-5+5 u r-relazzjonijiet fi ħdan l-Unjoni tal-Mediterran. |
| Malta | qed takkwista riżultati tajbin b’dawn iż-żjarat, tant li t-Tuneżija, l-Italja u l-Libja qed isostnu lil Malta biex tospita is-Summit tal-Kapijiet tal-Istat u Gvern tal-5+5 f’Malta s-sena d-dieħla. |
| Dr Tonio | Borg semma ż-żjarat li huwa għamel fil-Balkani tal-Punent fejn żar lill-Montenegro, is-Serbja u l-Kroazja. Irrefera wkoll għar-relazzjonijiet eċċellenti li Malta għandha mal-Istati Uniti, mar-Russja u ċ-Ċina u pajjiżi oħrajn Ewropej fosthom Franza, Spanja, l-Italja u r-Renju Unit. |
| Din | il-konferenza li tiġi fi tmiemha nhar il-Ġimgħa li ġej se tkun qed tindirizza id-diplomazija ekonomika, speċjalment fejn jidħol l-investiment dirett barrani. Fl-aħħar ġurnata l-Malta Enterprise se tindirizza lill-Ambaxxaturi fuq dan is-suġġett. |
| Il-Viċi | Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin temm iħeġġeġ lill-Ambaxxaturi Maltin biex ikomplu jisfruttaw l-opportunitajiet, ikabbru l-kuntatti politiċi u ekonomiċi tagħhom fil-pajjiżi li jkunu sabiex dawn fl-aħħar mill-aħħar iservu ta’ ġid għall-pajjiżna. |
| Fl-ewwel | 28 xahar ta’ din il-legislatura, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iffirma 99 ftehim ma’ pajjiżi varji. Madwar 750 persuna fin-negozju għamel kuntatt mal-Ambaxxati Maltin fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990