Politika Nazzjonali għall-Ambjent
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent | u l-Kultura, l-Onor. Mario de Marco, nieda l-ewwel fażi tal-konsultazzjoni pubblika, dwar l-ewwel Politika Nazzjonali għall-Ambjent. Il-konsultazzjoni qed tibda f’dan l-istadju bikri proprju sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni pubblika fit-tfassil ta’ din il-politika. |
| Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ sabiex jesprimi ruħu | fir-rigward ta’ din l-istess Politika u l-issues kollha li għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess formulattiv tal-Politika Ambjentali ta’ Malta. |
| Id-Dokument preliminari tħejja bl-iskop li | jidentifika numru ta’ issues f’dan ir-rigward. Dan l-istess dokument jista’ jiġi aċċessat fuq is-sit uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura: |
www.tsdu.gov.mt/environment-nep
u s-sottomissjonijiet kollha dwar dan id-dokument għandhom jintbagħtu sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2010. Laqgħat paralleli mal-partijiet konċernati qegħdin ukoll iseħħu bħala parti minn dan l-istess proċess konsultattiv.
| Il-Politika Nazzjonali għall-Ambjent, tħabbret | f’Marzu li ghadda mill-Onor Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura. |
| Din | l-istess politika ser tkun komprensiva, u ser tintegra l-politika ambjentali tal-Gvern ma’ dik ta’ setturi u oqsma oħrajn. L-iskop aħħari huwa li dan id-dokument ikopri s-setturi ambjentali u l-miżuri politiċi kollha u li jispecifika prinċipji u prioritijiet ċentrali għal Malta. |
| Is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco qal li | s-settur ambjentali huwa ambitu li joffri opportunitajiet. Semma wkoll li l-ambjent joffri opportunità sabiex naħdmu lkoll flimkien u sabiex nidentifikaw kif l-ambjent innifsu jista’ jgħinna niksbu vantaġġ kompettitiv. Għaldaqstant, għandna bżonn inkunu effiċjenti fir-rigward tat-tħaddim tar-riżorsi, l-produzzjoni u l-konsum ta’ prodotti u servizzi, filwaqt li nnaqsu t-tniġġiż. Il-Politka Ambjentali għandha tiġi mfassla flimkien mal-politika ekonomika, f’qafas koerenti. Mario de Marco spjega li għandna niżviluppaw l-oqsma ekonomiċi tagħna fejn hemm l-inqas impatt ambjentali, filwaqt li fejn l-impatti ambjentali jeċċedu l-limiti aċċettabli, dawn l-oqsma għandhom jingħataw direzzjoni li hi kkunsidrata ambjentalment sostenibbli. |
| Fil-konferenza stampa li nediet l-ewwel fażi | tal-proċess konsultattiv, Mario de Marco stqarr li “f’dan l-istadju, għandna bżonn ir-rispons tal-pubbliku sabiex niżguraw stampa ċara ta’ dak li l-pubbliku jikkunsidra li għandu jiġu ndirizzat fir-rigward tal-politika ambjentali.” |
Kummenti dwar dan id-dokument preliminari, kif ukoll, dwar il-lista ta’ domandi konsultattivi li jinsabu fid-dokument, jistgħu jintbagħtu lill- Koordinatur tal-Politika Nazzjonali għall-Ambjent, fi ħdan it-Taqsima għat-Turiżmu u l-Iżvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fil-Berġa tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta VLT 1170, jew fuq l-indirizz elettroniku envpolicy.opm@gov.mt.
Wieħed jista’ ukoll iċempel fuq 2291 5033/5027 fil-ħinijiet tal-uffiċċju (bejn is-7.30 u s-1.30), jew iħalli messaġġ. Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku www.tsdu.gov.mt/environment-nep .
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990