Left arrow Go Back

Approvata l-ħatra ta’ Maġistrat u żewġ Imħallfin ġodda

pr1393
Date Icon 27/07/2010
Il-Kabinett tal-Ministri approva n-nominatal-Maġistrat Lawrence Quintano u l-Avukat Mark Chetcuti bħala Mħallfin tal-Qrati ta’ Malta kif ukoll in-nomina tal-Avukat Marse-Ann Farrugia bħala Maġistrat fl-istess Qrati. Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici jifraħ lill-Imħallfin u lill-Maġistrat ġodda.
Il-Maġistrat Lawrence Quintano twieled nhar id-29ta’ Lulju 1949 f’Birkirkara.  Huwa ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1983.  Huwa ġie nominat Maġistrat nhar l-14 ta’ Frar 2003 fejn ippresieda fuq każijiet ta’ droga li jġorru magħhom piena massima ta’ 10 snin priġunerija, u każijiet kriminali oħra. Qabel dan, bejn 1979 u l-2002, ipprattika bħala avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.
L-AvukatMark Chetcuti twieled fl-4 ta’ Frar 1958. Huwa iggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta f’Jannar tal-1982. Dr. Chetcuti ilu jipprattika ta’ avukat  għal 28 sena li matulhom speċjalizza fl-oqsma tal-Liġi dwar il-Familja u l-Liġi Ċivili. Huwa kien ukoll membru fil-gruppi ta’ Arbitri fi ħdan iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ rigward kwistjonijiet ta’ natura ċivili u kummerċjali, kif ukoll dwar kwistjonijiet ta’ kolliżjonijiet bejn vetturi bil-mutur. Kien ukoll membru tal-Bord tal-Appell tar-Refuġjati u Chairman tal-Bord tal-Appell tal-Kumpaniji Kontrollati.
L-AvukatMarse-Ann Farrugia twieldet fit-30 ta’ Lulju 1971 f’Ħ’Attard. Hija iggradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1993. Dr. Farrugia ilha tipprattika bħala avukat fil-Qrati Maltin mill-1994 fejn ipparteċipat f’bosta każijiet fl-oqsma tal-Liġi Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem. Fl-2004, hija nħatret bħala Assistenta Ġudizzjarja u Segretarja Legali għall-Prim Imħallef.
L-Imħallfin u l-Maġistrat ġodda mistennija jieħdul-ġurament tagħhom fil-ġranet li ġejjin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow