Żjara fl-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika tal-MCAST
| Laqgħa | mal -applikanti għall-korsijiet fl-MCAST |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, | Dolores Cristina dal-għodu żaret l-MCAST fejn mijiet ta’ żgħażagħ kienu qed japplikaw biex fis-sena akkademika li jmiss jattendu għall-korsijiet f’dan il-Kulleġġ. |
| L-MCAST | joffri ċans ieħor lill-studenti li joħorġu mill-iskola sekondarja mingħajr ebda kwalifika formali bl-iskop li dawn l-istudenti jirnexxielhom jintegraw mill-ġdid fil-qasam edukattiv u eventwalment jirnexxu. |
| Statistika pubblikata fil-jiem li għaddew turi li | 80% tal-istudenti li għamlu l-eżamijiet tas-SEC għaddew. Numru minn dawn l-istudenti jidħlu l-MCAST għal xi wieħed mid-diversi korsijiet li joffri.Mill-20% li ma kisbux riżultati tajbin, ħafna jidħlu fil-Foundation Courses tal-MCAST. Dawn l-istudenti ma nistgħux narmuhom jew ma nikkalkulawhomx u fil-fatt ħafna minnhom jirnexxielhom ikomplu bl-istudji tagħhom wara l-għajnuna li jsibu fil-Kulleġġ. |
| Dawn huma studenti | vulnerabbli u l-MCAST qed jagħmel sforz kbir biex jgħinhom kemm jiflaħ. Fil-fatt malli jidħlu għall-kors isirilhom apprezzament biex ikun stabbilit x’tip ta’ għajnuna jkollhom bżonn u skond il-ħtieġa jingħataw lezzjonijiet addizzjonali fil-Matematika, il-Malti, l-Ingliż u suġġetti oħra. Sena wara l-oħra l-MCAST jirnexxielu jżomm perċentaġġ għoli minn dawk li jidħlu għal Foundation Courses u mijiet minnhom komplew għal studji avvanzati b’suċċess. Kieku ma kienx għall-MCAST dawn iż-żgħażagħ waqgħu mix-xibka edukattiva u ntilfu. |
| Mis-sena d-dieħla l-MCAST | se jintroduċi sena oħra ta’ Foundation Studies f’Level 1, biex jagħti ċans akbar lill-istudenti jidħlu lura fil-qasam edukattiv permezz ta’ metodi ta’ tagħlim innovattivi f’korsijiet disinjati apposta. Tajjeb jingħad li l-MCAST joffri 120 kors full-time matul il-jum u madwar 300 kors ta’ fil-għaxija f’livelli differenti. |
| Waqt li kienet | fil-Kulleġġ, il-Ministru Dolores Cristina żaret ukoll il-bini ta’ estensjoni tal-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika li kiseb fondi Ewropej - €1.9 miljuni - biex iżid sular ieħor u jattrezzaħ bil-makkinarju meħtieġ. Barra minn dan, il-proġett kien jinkludi wkoll il-bini ta’ tliet Laboratorji oħra f’Kordin u żewġ workshops fil-fergħa tal-MCAST f’Għawdex. |
| Dan | il-proġett jikkumplimenta l-Viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Malta Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni u jgħin biex l-MCAST isir Istitutzzjoni Ewlenija fl-Edukazzjoni Vokazzjonali. |
| Permezz | ta’ dan l-investiment, l-MCAST ikun jista’ jilqa’ aktar studenti u jkollu l-aħjar faċilitajiet biex joffri esperjenza edukattiva mill-aqwa u jkun f’pożizzjoni li joffri nies imħarrġa skond il-ħtiġijiet tal-industrja, partikolarment dik maħluqa mill-investiment barrani li qed jinġieb lejn pajjiżna fosthom dak fil-qasam tal-inġinerija fl-avjazzjoni. |
| Il-Ministru Cristina qalet li l-fondi Ewropej se | jgħinu wkoll biex jiżdied l-investiment edukattiv f’Għawdex biex iż-żgħażagħ Għawdxin ikollhom l-istess opportunitajiet bħal sħabhom Maltin u jagħmlu l-korsijiet offruti f’Malta aċċessibbli wkoll f’Għawdex. |
| Minn dan | il-proġett għandhom jibbenefikaw: |
· Żgħażagħ – li jiksbu edukazzjoni ta’ kwalita’ u ħiliet fl-inġinerija mekkanika skond il-ħtiġijiet tal-industrja u allura jkollhom ċans akbar li jsibu mpjieg. Il-faċilitajiet ġodda jagħmluha aktar faċli biex l-Istitut joffri korsijiet ġodda, inkluż fil-livell ta’ degree biex l-istudenti jkollhom ċans ikomplu javvanzaw fl-istudji.
· Early School Leavers – hawn numru ta’ persuni ta’ 15/16-il sena li għad għandhom diffikultajiet kemm fil-lingwi kif ukoll fin-numri (matematika). Il-Foundation Courses li joffri l-MCAST jagħtu ċans ieħor lil dawn iż-żgħażagħ. Il-faċilitajiet aħjar ta’ dan l-Istitut jagħmluha possibbli li jkunu offruti korsijiet anke f’dan il-livell. L-MCAST għandu esperjenza pożittiva ma’ din il-faxxa ta’ żgħażagħ u kien hemm stejjer ta’ suċċess fejn numru minn dawn l-istudenti temmew korsijiet bl-aħjar riżultati.
· Nies Bla Xogħol – It-taħriġ u l-kisba ta’ ħiliet ġodda jgħinu biex aktar persuni li jinsabu bla xogħol ikunu jistgħu jsibu mpjieg u b’hekk itejbu l-kwalita’ tal-ħajja tagħhom u l-familji tagħhom u jagħtihom sens ta’ sodisfazzjon. Dan iġib miegħu benefiċċji oħra għall-ekonomija tal-pajjiż.
· Persuni li Jaħdmu – Anke dawn jistgħu jibbenefikaw minn taħriġ f’dan l-istitut biex ikabbru l-possibilta’ ta’ avvanz fil-post tax-xogħol tagħhom jew jaħtfu opportunietajiet aħjar ta’ xogħol.
· Nisa – Li jixtiequ jirritornaw għad-dinja tax-xogħol ikollhom l-opportunita’ li jistudjaw u jieħdu taħriġ f’dan l-Istitut li sal-lum diġa’ ħarreġ numru ta’ tfajliet li sabu mpjieg, uħud minnhom fl-industrija tal-avjazzjoni.
· Persuni li ma ħadux Edukazzjoni Formali – Hawn numru ta’ persuni b’ħiliet fil-qasam tal-inġinerija mekkanika li qatt ma kellhom iċ-ċans jieħdu edukazzjoni formali u l-ħiliet li għandhom kisbuhom b’mod informali. L-Istitut jista’ jfassal korsijiet skond il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn in-nies u jkun qed jgħinhom biex jakkwistaw kwalifika formali u rikonoxximent aħjar għall-ħiliet tagħhom.
| Meta | tkellmet ma’ studenti li kien qed japplikaw għall-korsijiet fl-MCAST li wħud minnhom kienu akkumpanjati wkoll mill-ġenituri tagħhom, il-Ministru Cristina enfasiżżat il-ħtieġa li aktar żgħażagħ ikomplu jistudjaw u qalet li l-MCAST, li għandu storja ta’ suċċess, qed joffri opportunitajiet kbar li ma kienux jeżistu sa ftit tas-snin ilu. |
| Il-Ministru kienet akkumpanjata mill-Assistent | Parlamentari fil-Minsiteru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Stephen Spiteri u l-Principal tal-MCAST, Prof. Maurice Grech. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990