BDEW JITQASSMU Ċ-ĊEKKIJIET TA’ KUMPENS GĦAŻ-ŻIEDA FIL-PREZZ INTERNAZZJONALI TAŻ-ŻEJT (ENERGY ALLOWANCE)
pr1380
26/07/2010
| Mil-lum | bdew jitqassmu ċ-ċekkijiet tal-energy allowance. |
| Dan il-kumpens qed jingħata lil dawk il-familji | kollha li ma kkonsmawx aktar minn 10,000 unit u li ma jirċievux energy benefit. |
| Meta | tqis dawk il-familji li se jgawdu mill-energy allowance, u dawk li qegħdin fuq l-energy benefit, b’kollox ifisser li madwar 97% tal-familji Maltin ikunu qed igawdu minn xi forma ta’ għajnuna. |
| L-ammont | tal-allowance qed jitqassam kif ġej: |
Numru ta’ persuni fil-familja | Allowance |
Persuna waħda | €55 |
2 persuni | €80 |
3 persuni | €105 |
4 persuni | €130 |
5 persuni | €155 |
6 persuni | €180 |
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 188, mit-Tnejn sal-Ħadd, mit-8 ta’ filgħodu sal-5 ta’ filgħaxija.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990