DISKORS MILL-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA FL-OKKAŻJAONI TAL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA SPTAR MONTE CARMELI - Il-Gimgħa, 23 ta’ Lulju, 2010
pr1377
24/07/2010
Onorevoli, kollegi, sinjuri, ħbieb,
| Din hija | serata li tiċċelebra il-ħidma kollettiva tal-ħaddiema fis-settur tas-Saħħa Mentali. Bħalma tafu tajjeb l-Isptar Monte Carmeli huwa ferm għal qalbi. Fil-ħidma tiegħi bħala psikjatra mhux biss żort dan l-Isptar biex niltaqa’ ma’ pazjenti imma kelli x-xorti li naħdem fil-qrib ma’ bosta minnkom preżenti hawnhekk il-lejla. |
| Il-ħidma | kollettiva, multidixxiplinari hija essenzjali fil-kura tas-saħħa mentali, anzi, f’kull tip ta’ kura. Illum m’għadniex inħarsu lejn il-pazjenti jew il-kundizzjoni tagħhom b’mod iżolat iżda b’mod ħolistiku. Ir-riċerka turi li hemm rabta qawwija bejn il-branki kollha tal-mediċina. Hemm ukoll rabta qawwija bejn is-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem u l-ispiritwalita’ ta’ l-individwu. |
| Kull min | jaħdem fis-settur tas-Saħħa għandu obligi morali li jaqdi dmiru sew. Qatt m’għandna ninsew li kull pazjent huwa fuq kollox bniedem. Qatt m’għandna ninsew ir-rispett lejn il-pazjenti tagħna kif ukoll lejn il-kollegi tagħna. Kemm-il darba sostnejt, u nerġa’ nsostni llum ukoll; jekk inħarsu lejn il-morda bil-ħsieb – “Li kieku dan kien membru tal-familja tiegħi x’kont nagħmel?” B’dan il-ħsieb f’moħħna nistgħu nibdew naraw xi tfisser il-ħidma fis-settur tas-Saħħa. |
| M’għandix dubju li fl-Isptar Monte Carmeli u | fl-Isptarijiet u kliniċi fejn noffru servizz ta’ saħħa jeżistu nies li qed jipprattikaw din il-filosofija. Hija ħasra li l-qanpiena ta’ min jgħamel il-ġid ma’ ddoqx b’saħħitha daks dik ta’ min forsi jiżballja. Illum qegħdin hawn biex nirrikonoxxu lil min b’sagrifiċċju personali jaqdi dmiru u jmur oltre minn hekk. |
| Lill-ħaddiema kollha tas-settur tas-saħħa ngħdilhom | grazzi, grazzi minn qalbi u grazzi f’isem il-poplu kollu Malti u Għawdxi, b’mod partikolari f’isem il-morda u l-anzjani li għalkhemm mhux dejjem jesprimu ruħhom bi gratitudni, japprezzaw il-ħidma fejjieda ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Grazzi tmur ukoll lill-familji ta’ kull min jaħdem fil-kura għaliex dawn jagħmlu siegħat u ġranet nieqsa mill-għeżież tagħhom. |
| Nittama | li l-eżempju tajjeb li jagħtu l-ħaddiema li jgħożżu b’dedikazzjoni l-ġid tal-pazjenti kollha jkompli jinfirex ma’ kull min għandu l-ħajra li jibda’ jaħdem fis-settur tas-saħħa. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990