Left arrow Go Back

Jingħata l-Premju Ħaddiem tas-Sena fl-iSptar Monte Karmeli

pr1372
Date Icon 23/07/2010
Waqtserata ddedikata għall-ħaddiema tal-iSptar Monte Karmeli is-Sur Angelo Mizzi ingħata l-premju l-Ħaddiem tas-Sena tal-istess sptar filwaqt li t-tim tal-Psychiatric Outpatients ingħata l-premju it-Tim tas-Sena.
Is-SurAngelo Mizzi jokkupa l-kariga ta’ Senior Tradesman u ġie deskritt bħala persuna eżemplari u flessibbli ħafna fix-xogħol tiegħu.  Is-Sur Mizzi, li preżentament jagħti s-servizzi tiegħu fis-Social Centre u fis-Psychiatric Unit tal-iSptar Mater Dei juża wkoll il-ħiliet artistiċi tiegħu biex jgħin lill ta’ madwaru.  Il-Kollegi tiegħu ikkumentaw ukoll li ħafna drabi jirnexxielu jiskopri talenti moħbija fl-individwi differenti li huwa jaħdem magħhom u jsib mod kif dawn jitużaw għall-ġid tal-iSptar u l-missjoni tiegħu.
It-timtas-Psychiatric OutPatients jiltaqa kuljum ma numru kbir ta persuni ġejjijn minn kull qasam tas-soċjeta. Il-Membri ta dan it-tim ġew deskritti bħala effiċjenti ħafna fis-servizzi li jipprovdu filwaqt li jagħmlu dan b’mod professjonali u ferrieħi.  Dan minkejja li l-memberi tat-tim jaħdmu f’ċirkostanzi li kultant ikunu diffiċli minħabba n-natura tal-problemi li l-pazjenti tagħhom jiltaqgħu magħhom.
Dinis-sebgha edizzjoni tal-ħaddiem tas-sena saret fil-pjazza prinċipali tal-iSptar Monte Karmeli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow