Left arrow Go Back

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel żjara fl-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika

pr1365
Date Icon 23/07/2010
Matul żjara ta’ kortesija li għamell-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Michael Frendo, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), minn wara l-ħatra tiegħu f’April li għadda, ġie ppreżentat b’Manwal estensiv tal-Verifika ġdid mħejji mid-Diviżjoni tal-Performance Auditing ta’ dan l-Uffiċċju.
Waqtlaqgħa li kellu mal-Awditur Ġenerali, is-Sur Anthony C. Mifsud u d-Deputat Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, li bħala Uffiċjali tal-Parlament jirrappurtaw direttament lil Mr Speaker, Dr. Michael Frendo segwa b’attenzjoni l-aġġornamenti estensivi tad-diversi xogħlijiet ta’ verifika li jinsabu għaddejjin bħalissa fl-NAO.
Huwaesprima l-apprezzament għax-xogħol li qed jitwettaq fid-diversi Ministeri u entitajiet governattivi. Dawn ġew imfissra fid-dettal waqt preżentazzjoni li għamlu ż-żewġ Assistenti Awdituri Ġenerali, is-Sur Brian Vella u s-Sinjura Vanessa Tonna.  L-Onor. Speaker irriafferma  s-support kontinwu tiegħu lin-NAO.
Matuliż-żjara tiegħu Mr. Speaker kellu l-opportunita’ wkoll li jiltaqa’ mal-Assistenti Awdituri Ġenerali, Managers u membri tal-istaff.  Huwa ngħata dettalji dwar x’tinvolvi l-ħidma li jwettqu l-awdituri esterni fid-dipartmenti u entitajiet tal-Gvern.
Matull-indirizz tiegħu l-Awditur Ġenerali għamel emfasi fuq ir-relazzjoni eċċellenti li teżisti bejn l-Uffiċċju tiegħu u l-Parlament waqt ix-xogħol li jwettqu flimkien, kif ukoll fuq l-impenn li għandu l-Uffiċċju biex ikompli jiżgura li r-riżorsi pubbliċi jintużaw skond ir-regolamenti, b’mod effiċjenti u effettiv.
Min-naħatiegħu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Michael Frendo tkellem dwar ir-relazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika mal-Parlament. Mr. Speaker saħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet, dik tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-Parlament, għat-tisħiħ aktar tad-demokrazija ta’ pajjiżna, fil-kuntest ta’ bilanċ tal-poteri tal-Istat.
Din iż-żjara seħħet meta l-Uffiċċu qed ifakkaril-196 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu bħala l-funzjoni ta’ verifika statali f’Malta.  Fil-fatt l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika tal-lum huwa dak li fl-imgħoddi kien magħruf bħala d-Dipartiment tal-Verifika, imwaqqaf f’Ottubru 1814.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow