Left arrow Go Back

ID-DEPUTAT SPEAKER JINDIRIZZA L-KONFERENZA DINJIJA TAL-PRESIDENTI TAL-PARLAMENT F’ĠINEVRA

pr1349
Date Icon 21/07/2010
« Min qiegħedfil-poter huwa fid-dover li jagħti kont lis-socjetà kemm ta’ dak li qed jitwettaq kif ukoll ta’ dak kollu li m’huwiex qed isir. » Dan kien il-messaġġ li d-Deputat Speaker tal-Parlament Malti, l-Onorevoli Ċensu Galea, għadda dalgħodu waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Dinjija tal-Presidenti tal-Parlament fl-aħħar jum li qed tiltaqa’ din il-Konferenza ġewwa Ġinevra, fl-Isvizzera.
‘Il fuq minn mitejnSpeaker minn aktar minn 150 pajjiż, kif ukoll minn organiżżazzjonijiet internazzjonali f’dawn l-aħħar tlett ijiem iddiskutew bejniethom dwar it-tema ewlenija ta’ kif il-Parlamenti madwar id-dinja jaħdmu għal aktar sens ta’ kontabilità parlamentari lejn is-socjetà.
Id-delegati kellhoml-opportunità jitkellmu bejniethom ukoll dwar kif il-pubbliku jqis il-parlamenti u d-demokrazija, u dwar l-isforzi parlamentari ħalli jinkisbu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp fid-dinja.
Fl-aħħartal-Konferenza, id-delegati adottaw Dikjarazzjoni Finali li telenka il-linji ta’ gwida bażiċi fil-ħidma u l-koperazzjoni interparlamentari għall-ġejjieni.
Fl-indirizz tiegħu,l-Onorevoli Ċensu Galea fakkar fid-dikjarazzjonijiet li kienu għamlu l-Presidenti tal-Parlamenti dinjin meta kienu ltaqgħu għall-ewwel edizzjoni tal-Konferenza għaxar snin ilu ġewwa New York. «Minn dakinhar ‘l hawn l-istess problemi li kienet qed tiffaċċja l-komunità internazzjonali baqgħu magħna,« qal id-Deputat Speaker Malti. « Anzi fir-realtà tal-lum, mhux biss kibru iżda saħansitra kotru, b’mod li dak li jsir meta l-pajjiżi jħabbtuha mal-isfidi li jitfaċċaw, malajr jintesa kollox għaliex tidħol il-ħtieġa li wieħed jikkumbatti ukoll mal-problemi ġodda li jibdew jinqalgħu minn żmien għal żmien, « kompla l-Onorevoli Galea.
Fil-kuntest ta’ dan,id-Deputat Speaker tal-Parlament Malti, li kien qed jitkellem għall-ewwel darba f’laqgħa internazzjonali fil-kariga Parlamentari ġdida tiegħu, sahaq li l- Parlamenti għandhom mhux biss jifhmu xi jridu n-nies, iżda ghandu jkun hemm ukoll affjatament kontinwu bejn il-leġislaturi tal-pajjiż u ċ-ċittadini, b’tali mod li l-proċess ta’ kontabilità jkun wieħed naturali, miftuħ, u effettiv. Id-Deputat Speaker Galea tul il-Konferenza kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’ mal-iSpeakers tal-Pajjiżi ż-Żghar Ewropej, jiġifieri dawk ta’ Andorra, Ċipru, l-Islanda, Liechtenstein, Lussemburgu, Monaco u Montenegro, li flimkien ma’ Malta u San Marino jiffurmaw Grupp li mindu twaqqaf erba’ snin ilu l-membri tiegħu jfittxu li jikkoperaw bejniethom fuq materji li huma ta’ nteress komuni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow