ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN TA' MALTA
pr1339
20/07/2010
| a) | €100,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax fissa suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €50,000,000; u |
| b) | €30,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta bir-rata li Tvarja, kif ġej:- |
| (i) | 3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue, u |
| (ii) | 5.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (I) Fungibility Issue, jew |
| f’ammontimiż-żewġ | Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro100,000,000; u |
| (iii) | Stock tal-Gvern ta’ Malta 2013 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur. |
| Il-prezz | taż-żewġ Stocks imsemmija f’(i) u (ii) għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 29 ta’ Lulju, 2010. Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). |
| L-applikazzjonijiet | jifthu nhar it-Tnejn 2 ta’ Awwissu, 2010 u jagħlqu fil-ħinijiet u d-data kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General : |
| (i) | fil-5.00pm l-Erbgħa 4 ta’ Awwissu, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u |
| (ii) | nofsinhar il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu, 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. |
| Il-formoli | tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor. |
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett relattiv li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990