PASS SINIFIKANTI IEĦOR FIS-SAĦĦA MENTALI
pr1338
20/07/2010
| Permezz ta’ ftehim li sar mill-isptar Monte Carmeli | mal-Awtorita` tad-Djar, 4 persuni li esperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali issa se jkunu jistgħu jerġgħu jintegraw ruħhom fil-komunita` billi jgħixu flimkien fi flat mgħammar b’kollox. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura | fil-Komunita` l-Onor Mario Galea, spjega li dawn l-4 persuni ħadu l-kura li kellhom bżonn, imma għal raġunijiet differenti ma għandhomx fejn joqogħdu. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-Awtorita` tad-Djar qed tgħaddi flat fis-sena lill-Isptar Monte Carmeli biex jintużaw minn dawk li ma għandhomx għalfejn jibqgħu l-isptar Monte Carmeli, u allura jkunu jistgħu jintegraw fil-komunita`. |
| L-Onor Galea spjega li dan il-proċess ta’ | riabilitazzjoni jibda minn żmien qabel mal-persuni jidħlu fil-flat. Filfatt, wara li l-persuni jintgħażlu mit-tim multi dixxiplinarju li jipprovdilhom il-kura, jingħataw ukoll bħal taħriġ li permezz tiegħu jirkupraw ħiliet li wieħed ikollu bżonn biex jgħix fil-komunita`. |
| Dan | jinkudi kif per eżemplu wieħed juża ATM u wkoll kif iqassam il-flus li jkollu b’mod effiċjenti. |
| Wara | li l-persuni jmorru jgħixu fil-flat, infermiera u social workers, li jiffurmaw parti minn dak li jissejjaħ outreach team, iżuru l-persuni biex jaraw kif ikunu qed jgħixu u naturalment ituhom il-pariri relatati. |
| “Frixna is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunita`, | u s-sena li għaddiet 12,000 persuna ħadu l-kura li kellhom bżonn fil-lokalitajiet differenti li fihom qed noffru dawn is-servizzi” qal l-Onor. Galea. |
| Is-Segretarju Parlamentari ħabbar ukoll li fl-aħħar | ġimgħat sar ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Kirkop biex mill-bini tal-kunsill stess jibda jingħata servizz ta’ kura għall-problemi ta’ saħħa mentali. Ftehim simili sar ukoll biex is-servizzi jibdew jingħataw anke minn Raħal Ġdid. |
| L-Onor Galea temm jgħid li llum hawn ftit aktar minn | 100 professjonist tas-saħħa mentali li qed jaħdmu fil-komunita`. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990