IR-RAPPREŻENTANZA TA’ MALTA FIL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
pr1323
16/07/2010
| Il-Gvern irid jiċċara | illi l-obbligu tiegħu taħt l-Artiklu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi illi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew “għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, ta’ impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjo-ekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.” |
| Fid-dawl ta’ dan, hija | prassi li meta jasal iż-żmien sabiex jiġġedded il-mandat tal-membri ta’ dan il-Kumitat, il-Gvern jitlob lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) jissottometti s-suġġerimenti tiegħu għat-tliet setturi mniżżla fl-Artiklu 300 tal-imsemmi Trattat. |
| L-MCESD jintalab | jissottometti żewġ ismijiet għal kull post vakanti: erba’ ismijiet ta’ persuni li jirrappreżentaw lil min iħaddem, erba’ ismijiet ta’ persuni li jirrappreżentaw lill-impjegati, u żewġ ismijiet ta’ persuni li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili. Minn fost dawn, il-Gvern jagħżel ħames persuni sabiex jirrappreżentaw lil Malta fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Tnejn mill-persuni magħżula jkunu ġejjin mil-lista ta’ min iħaddem, tnejn oħra jkunu ġejjin mil-lista ta’ impjegati, u persuna oħra tkun ġejja mis-soċjetà ċivili. |
| Sfortunatament, | l-għaqdiet ta’ min iħaddem ma setgħux jifthemu fuq lista waħda u għalhekk l-MCESD għaddiet żewġ listi lill-Gvern b’total ta’ tliet ismijiet għaż-żewġ postijiet riżervati għal min iħaddem. Lista waħda kienet tinkludi lis-Sur Stefano Mallia mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża lis-Sur Lawrence Mizzi mill-Malta Employers Association. Il-lista l-oħra kellha l-isem tas-Sur Vince Farrugia mill-GRTU. |
| Il-Gvern għażel iż-żewġ | persuni li fl-opinjoni tiegħu l-iktar jirrappreżentaw is-settur partikolari: is-Sur Stefano Mallia u s-Sur Vince Farrugia. |
| Sa fejn tkun | fil-kompetenza tiegħu, il-Gvern huwa dejjem dispost illi jgħin sabiex tinstab soluzzjoni fejn ikun hemm diżgwid f’settur partikolari. Il-Gvern jemmen ukoll illi huwa fl-interess nazzjonali illi l-vuċi tal-Malta Employers’ Association tibqa’ dejjem tinstema’ fl-MCESD. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990