JITĦABBRU D-DATI TAL-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA GĦALL-ĦARIFA LI ĠEJJA
pr1321
16/07/2010
| Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjonijiet | tal-Kumitat ORNIS, il-Gvern qed iħabbar id-dati tal-istaġun tal-kaċċa għall-ħarifa li ġejja: |
| Il-kaċċa minn fuq l-art | tista’ ssir bejn l-1 ta’ Settembru 2010 u l-31 ta’ Jannar 2011, bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara nżul ix-xemx fil-ġranet mit-Tnejn sas-Sibt, u bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u s-siegħa ta’ wara nofsinhar (1.00 p.m.) fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi. |
| Bħala protezzjoni | għat-tajr tal-priża, għal ġimgħatejn (bejn il-15 ta’ Settembru u l-30 ta’ Settembru) matul dawn il-ħames xhur, il-kaċċa fuq l-art ma tistax issir wara it-3.00 p.m. |
| Il-kaċċa minn fuq il-baħar | tista’ ssir bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Jannar 2011. |
| L-insib tal-Gamiem u | Summien ser ikun jista’ jsir, permezz ta’ deroga, bejn l-1 ta’ Settembru u l-30 ta’ Ottubru 2010, filwaqt li t-teħid ta’ Pluviera u Malvizz ser ikun jista’ jsir bejn l-20 ta’ Ottubru u l-10 ta’ Jannar 2011. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990