Left arrow Go Back

RIŻULTATI TAJBA FIL-MATRIKOLA

pr1320
Date Icon 16/07/2010
Ir-riżultati miksubamill-kandidati li għamlu l-eżamijiet tal-Matrikola Avanzata kif ukoll dawk li għamlu l-eżamijiet tal-Matrikola fil-Livell Intermedju, jipparagunaw ma’ dawk tas-sena li għaddiet filwaqt li hu mistenni li dawn ikomplu jitjiebu wara li l-kandidati jerġgħu jagħmlu dawn l-eżamijiet (resits) fi ftit ġimgħat oħra.
76.7% tal-kandidatili għamlu l-Matrikola Avanzata għaddew minn dan l-eżami. F’dawn il-każi, studenti li jiksbu gradi minn A sa E jitqiesu li għaddew mill-eżami. Madankollu għandu jingħad li biex wieħed jidħol l-universita’ hemm sistema kif il-gradi miksuba fl-eżamijiet tal-matrikola ikunu magħduda flimkien sakemm jintlaħaq il-livell meħtieġ għall-kors li wieħed jagħżel li jsegwi.
Fil-livell intermedjusaru b’kollox 10,289 eżami f’29 suġġett differenti li jvarjaw minn lingwi, għal matematika, xjenzi, ekonomija, teknoloġija tal-informazzjoni u dawk marbuta mal-arti.
L-aktar suġġett lifih saru eżamijiet fil-livell intermedju kien is-Systems of Knowledge li għamluh 2425 student fejn għaddew 81.9% b’52% jiksbu gradi minn A sa C. Saru 1624 eżami tal-Ingliż fejn 42.7% tal-kandidati kisbu A-C filwaqt li għaddew 75.1%
Suġġetti oħrapopolari f’dan il-livell fejn l-istudenti kisbu riżultati minn A sa C kienu l-Fiżika fejn 53.2%; il-Filosofija 51.7%; il-Malti 49.7%; Taljan 60.4%; Accounts 51%; Marketing 59.5%; Bioloġija 56.5%; Xjenza Ambjentali 43.7%; Reliġjon 47% u t-Teknoloġija tal-Informatika 68.2%.
Fil-livelltal-Matrikola Avanzata nofs saru 6473 eżami f’29 suġġett. L-aħjar riżultati miksuba bil-gradi A sa C kienu fil-Malti 66.2%; il-Franċiż 50%, it-Taljan 50.8%; Economics 55.2%; Marketing 59.2%; Ġeografija 60.7%; Teknoloġija tal-Informatika 61%; Home Economics 66.1%. Fl-Ingliż kien hemm 38.4% li kisbu grad minn A sa C filwaqt li total ta’ 72.6% ġabu grad bejn A u E. Fil-Matematika, 37.9% kisbu grad bejn A u C filwaqt li 58.2% kisbu bejn A u E.
Meta wieħed iħareslejn il-perċentaġġi sħaħ tal-istudenti li għaddew mill-eżamijiet tal-matrikola, jiġifieri dawk li kisbu gradi minn A sa E, ir-riżultati huma ferm aktar pożittivi għax wieħed isib li medja ta’ 76.7% kisbu riżultat utli.
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina ferħet lill-istudenti li kisbu r-riżultati mixtieqa filwaqt li awgurat lil dawk li se jagħmlu xi resit biex bi ftit sforz ieħor jiksbu r-riżultat li tant ilhom jaħdmu għalih.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow