Left arrow Go Back

ESTENSJONI GĦAD-9 SEJĦA (Assi ta’ Prijorita` 4) mill-Awtorità’ ta’ Ġestjoni

pr1292
Date Icon 13/07/2010
L-Awtorità ta’ Ġestjonitixtieq tinforma li s-sejħa għal proġetti attwali miftuħa taħt l-Assi ta' Prijorità 4 (Sejħa 9) li tgħalaq nhar il-Ġimgħa 16 ta' Lulju, 2010, ġiet estiża sa nofsinhar, tal-Ġimgħa 6 t'Awissu, 2010. Din l-estensjoni qiegħda tingħata sabiex jingħata biżżejjed żmien għall-applikanti biex jikkonkludu l-istudji rilevanti.
F'dan ir-rigward l-Awtoritàta’ Ġestjoni tixtieq tinforma li dawn l-istudji huma maħsuba biss biex jistabbilixxu l-iffrankar ta' spejjeż relevanti (CBA sħiħa mhix mitluba).  L-Awtorità ta’ Ġestjoni tixtieq tfakkar dwar l-importanza ta` l-objettivi tas-sejħa u, għalhekk, tinkoraġġixxi l-applikanti biex iressqu l-proposti tagħhom.

Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow