STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1286
12/07/2010
| L-investiment tal-ST huwa opportunità li | tiggarantixxi l-futur tal-ST f’Malta u l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema |
| Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment | jirreferi għall-istqarrija ppubblikata llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Carmelo Abela b’rabta mal-investiment il-ġdid imħabbar mill-kumpanija ST u n-negozjati li għaddejjin mal-GWU. |
| Hija ħasra li kwistjoni ta’ sensittività nazzjonali | li tikkonċerna 1,500 ħaddiem u l-familji tagħhom qed issir kwistjoni politika. Dan jista’ jservi biss ta’ detriment għall-istess ħaddiema, il-futur tal-kumpanija f’Malta u l-pajjiż innifsu. |
| Il-Ministeru ċċara li fid-diskussjonijiet mal-ST li | tmexxew mill-Gvern, il-GWU dejjem inżammet infurmata dwar x’kien qed jiġri. L-ST kienet għamlitha ċara li l-ftehim kollettiv preċedenti wassal biex il-fabbrika tagħha f’Malta ma tibqax kompetittiva u li wassal biex l-ST tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha f’Malta. F’dan il-kuntest wieħed irid ifakkar li f’dak l-istess perjodu, sentejn ilu, l-ST kienet ħabbret l-għeluq ta’ numru ta’ impjanti fl-Istati Uniti u f’postijiet oħra kif ukoll tnaqqis ta’ madwar 400 ħaddiem mill-impjant f’Malta. |
| Meta l-Gvern intervjena mal-ST biex din | tirrikonsidra l-pożizzjoni tagħha u offra l-għajnuna biex il-kumpanija terġa’ tibda tinvesti f’Malta, l-ST għamlitha ċara mal-GWU u mal-Gvern li ma kienx se jkun ikkunsidrat investiment ġdid jekk ma jerġax jiġi diskuss il-ftehim kollettiv. |
| Wara kważi tmintax-il xahar ta’ negozjati bejn | il-Gvern u l-ST, intlaħaq ftehim fuq investiment fuq linji ta’ teknoloġiji avvanzati ġodda f’Malta, u li l-Gvern kien lest jgħin fil-finanzjament ta’ dan l-investiment u t-taħriġ tal-ħaddiema. F’dan l-istess perjodu, il-GWU u l-ST kienu għaddejjin f’diskussjonijiet biex jilħqu ftehim fuq reviżjoni tal-ftehim kollettiv, li jippermetti lill-kumpanija biex tibqa’ kompetittiva. Il-GWU mhux biss fehmet l-importanza li jintlaħaq tali ftehim, iżda rnexxielha tinnegozja pakkett ragjonevoli ħafna meta tikkunsidra x’kienu t-talbiet inizjali tal-ST. |
| Għalhekk, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment Tonio Fenech ħeġġeġ lill-ħaddiema biex ma jitilfux din l-opportunità li tassigura mhux biss il-futur tal-ST f’Malta iżda l-post tax-xogħol tagħhom għas-snin li ġejjin. |
| Il-Ministru esprima s-sorpriża tiegħu għal xi | kummenti li saru minn esponenti tal-Union li implikaw li kien il-Gvern li missu spjega lill-ħaddiema l-importanza ta’ dan il-ftehim meta l-istess Union dejjem enfasizzat li kellha tkun hi li għandha tirrappreżenta lill-ħaddiema u li tikkomunika magħhom. Wieħed irid jiċċara wkoll li t-tħabbira ta’ dan l-investiment mill-kumpanija kien intiż biex jibgħat sinjal lill-ħaddiema li fil-kuntest tal-ftehim kollettiv rinegozjat li kienu qed jintalbu jaċċettaw, hi kienet qed tinvesti aktar u b’hekk tikkometti l-futur tagħha f’pajjiżna. |
| Intant, il-Ministru Tonio Fenech offra | lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Union għal dak li kien negozjat, u qed joffri li f’laqgħa organizzata mill-GWU, jitkellem direttament mal-ħaddiema biex jispjega l-importanza ta’ dan il-ftehim li jiggarantixxi l-futur tal-ST f’Malta fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990