Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW SE JINDIRIZZA LILL-PARLAMENT MALTI

pr1279
Date Icon 09/07/2010
Il-President tal-Parlament Ewropew, il-ProfessurJerzy Buzek, għadu kif għarraf lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Michael Frendo, li qed jilqa’ bil-ferħa l-istedina li għamillu l-iSpeaker sabiex jiġi Malta aktar tard din is-sena ħalli jindirizza lill-Parlament Malti.
F’ittrali bagħat lill-iSpeaker Michael Frendo, il-President tal-Parlament Ewropew qal li bi ħsiebu jieħu din l-opportunità sabiex, waqt iż-żjara tiegħu fid-29 ta’ Novembru ta’ din is-sena, jitkellem direttament mal-Membri Parlamentari Maltin dwar dawk id-drittijiet u l-obbligi li sar għandhom il-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta’ Lisbona, dejjem bil-għan li tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni u l-koordinazzjoni bejn dawn l-istituzzjonijiet u l-Parlament Ewropew għall-ġid komuni.
Il-President Buzek huwa konxju mill-importanza ta’din iż-żjara f’pajjiżna, għaliex bis-saħħa tal-preżenza tiegħu f’Malta huwa jista’ jkun strumentali sabiex il-Parlament Ewropew jersaq dejjem aktar lejn iċ-ċittadin Malti. Huwa jemmen bis-sħiħ li Malta, permezz tal-pożizzjoni ġeo-politika tagħha, għandha rwol kruċjali fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-istess Unjoni.
L-iSpeaker Michael Frendo qal li: “Din hija żjaraimportanti għall-Parlament Malti u għal Malta li tkompli ssaħħaħ ir-rwol ta’ Malta fl-Ewropa u tkompli tressaq lejn xulxin il-Parlament tagħna u l-Parlament Ewropew”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow