Miżuri għal waqt Heatwave
pr1276
09/07/2010
| Il-Kumitat tal-Heatwaves, | li twaqqaf sentejn ilu, għandu l-iskop li, f’każ ta’ Heat Wave, jittieħdu serje ta’ miżuri fid-djar tal-anzjani, mmirati biex jitnaqqas il-periklu li sħana eċċessiva ġġib magħha. |
| Dan il-kumitat, li | jiġbor fih rappreżentanza tad-djar tal-anzjani tal-Gvern, jikkollabora mal-uffiċċju meteoroloġiku, u joħroġ “heatwave alert” li jasal f’kull dar tal-anzjani permezz ta’ e-mails u telefonati. |
| La darba joħroġ dan | l-avviż, jidħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri bħal: |
| - b’konsultazzjoni | mar-residenti jiġi adattat il-menu għal waqt heatwave, (dieta bilanċjata li tinkludi frott u ħaxix). |
| - jinqraw 3 darbiet | kuljum it-termometri li twaħħlu f’kull kamra li fihom l-individwi l-aktar vulnerabbli jgħaddu l-maġġoranza tal-ħin. Dan jippermetti li l-airconditioners jiġu regolati skond it-temperatura rakkomandata. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` l-Onor. Mario Galea, spjega li x-xogħol tal-kumitat qiegħed jagħmel differenza pożittiva fost l-anzjani, li huma vulnerabbli waqt heatwave. Huwa qal li s-Segretarjat flimkien mad-Dipartiment tal-Istandards u l-Promozzjoni tas-Saħħa, qed jirrakkomandaw lill-anzjani:- |
| - biex jevitaw ix-xemx | bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-erba’ ta’ wara nofsinhar, |
| - biex jixorbu ilma | frisk b’mod frekwenti |
| - biex jilbsu ħafif u | waqt heatwave jagħmlu użu minn xugamani mxarrba. |
| L-Onor. Galea qal ukoll | li l-kumitat jirċievi rapporti dwar l-istat tal-airconditioners li hemm fid-djar tal-anzjani kollha tal-Gvern, fir-Residenza San Vinċenz De Paul, u l-isptarijiet Monte Carmeli u Karin Grech. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Galea appella wkoll biex l-anzjani, u mhux biss, li jgħixu fil-komunita` jieħdu numru ta’ prekawzjonijiet bażiċi bħal: |
| - ikollhom provvista | adegwata ta’ fannijiet, water sprays, ilma, silġ u oral rehydration salts |
| - li l-anzjani | jassiguraw li, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji, it-twieqi kollha jkunu jistgħu jinfetħu sabiex l-arja tiċċirkola fil-post |
| - jiżdiedu l-postijiet | li jipprovdu dell, permezz ta’ shades jew pjanti |
| - l-anzjani għandu | jkollhom ilbies ta’ materjal ħafif li huwa adattat għas-sħana ta’ matul is-sajf. |
| Waqt l-istess | konferenza tal-aħbarijiet, tnieda wkoll poster li se jitqassam fil-Kunsilli Lokali, fid-Djar tal-Anzjani, Sptarijiet, Uffiċċji Parrokkjali bħala kampanja edukattiva u ta’ prevenzjoni dwar miżuri neċessarji f’każ ta’ HeatWave. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990