IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JĦABBRU D-DATA TA’ THE BALL OF THE AUGUST MOON
pr1267
08/07/2010
| The Ball of the | August Moon din is-sena se jsir fis-7 ta’ Awissu u bħal kull sena dan il-ballu jsir fil-Palazz tal-Verdala. Justin Zammit Tabona, iċ-Chairperson tal-Board għall-ballu ta’ din is-sena, irringrazzja lil dawk kollha li jagħtu l-għajnuna biex dan il-ballu jkun suċċess. |
| “Wasalna għal | attivita` oħra b’risq il-Malta Community Chest Fund, b’risq dawk in-nies li qed jistennew l-għajnuna tagħna: morda u nies fil-bżonn,” saħaq il-President Abela fit-tnehdija ta’ The Ball of the August Moon waqt breakfast Launch li sar fil-Palazz ta’ Sant’Anton nhar l-Erbgħa 7 ta’ Lulju. “Niehu gost ngħid li The Ball of The August Moon is-sena l-oħra ħalla dħul record. Huwa fl-obbligu tiegħi bħala President flimkien mal-Istaff li norganizzaw dawn ix-xorta ta’ attivitajiet, għaliex permezz tagħhom nistgħu nibqgħu nassistu lill-fqar u l-morda li qed jistennew l-għajnuna tagħna”. |
| Il-Malta Community | Chest Fund huwa fond trasparenti fejn minbarra l-awdituri tal-Malta Community Chest Fund għandna wkoll awdituri esterni, Pricewaterhouse Coopers u KPMG li jissorveljaw u jaraw li sa l-inqas ċentezmu ta’ ewro jigi awditjat,” kompla jgħid il-President Abela. Hu kompla jispjega kif fix-xahar ta’ Mejju u Ġunju tqassmu mija u disgħin elf ewro lil madwar 275 persuna. Dawn jikkonsistu f’terapija, apparat mediku, trattament barra minn Malta u bżonnijiet soċjali. Dawn l-għajnuniet jammontaw għal madwar miljun ewro fis-sena. |
| “Aħna m’aħniex se | nieqfu hawn. Jien, marti u l-istaff se nibqgħu għaddejjin minn attivita` għal oħra għax hekk hemm bżonn: President jagħmel it-term tiegħu u jiġi President ieħor floku, imma l-karba ta’ min hu fil-bżonn hija dejjem hemm,” temm jgħid il-President Abela waqt li żied li The Ball of the August Moon hija attivita` li l-poplu jirrikorri għaliha b’attendenza numeruża u din turi kemm hi kbira l-fiducja tal-poplu Malti fil-ħidma tal-Malta Community Chest Fund. |
| Il-biljetti | għall-ballu jistgħu jiġu riservati mill-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund, il-Palazz, il-Belt, jew billi wieħed iċempel fuq 21240568 jew 21226226. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990