Left arrow Go Back

INVESTIMENT TA’ 25 MILJUN EWRO FIL-YACHT YARD TA’ MANOEL ISLAND

pr1266
Date Icon 08/07/2010
Il-konsorzju ManoelIsland Yacht Yard se jkun qed jinvesti €25 miljun fil-faċilitajiet ta’ tiswija tal-jottijiet f’Manoel Island, bejn ħlasijiet u kirijiet lill-Gvern bħala parti mill-ftehim kif ukoll f’investiment kapitali fl-istess faċilità. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, fl-okkażjoni tal-iffirmar tal-ftehim ta’ konċessjoni ta’ din il-faċilità għat-tletin sena li ġejjin.
Il-Ministru TonioFenech qal li dan l-investiment għandu jwassal għal riġenerazzjoni ta’ din il-faċilità u f’titjib tas-servizzi li pajjiżna kapaċi joffri fis-settur tal-jottijiet. Huwa qal li s-sitt kumpaniji li jiffurmaw il-konsorzju huma kollha investituri stabbiliti sew b’interessi f’firxa wiesgħa ta’ negozju kemm lokalment kif ukoll barra l-pajjiż, u għalhekk esprima l-fiduċja tiegħu li se jmexxu l-interessi ta’ din il-faċilità ’l quddiem.
Il-proċess ta’privatizzazzjoni tal-faċilità ta’ Manoel Island beda flimkien mat-tliet partijiet l-oħra li fihom tqassam il-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna. Kienu tlieta l-offerenti li ressqu l-offerta tagħhom fejn dik ta’ Manoel Island Yacht Yard Consortium kienet meqjusa bħala l-aktar vantaġġjuża. Dan il-konsorzju jinkludi lil Bezzina Shiprepair Yard Ltd, Mizzi Capital Projects Ltd, Virtu Steamship (Holdings) Ltd, Central European Advisors Ltd, Paul Hili u MIDI plc.
L-offerta totalitammonta gћal €18.792m, li tinqasam fi ħlas bil-quddiem ta’ €5.2 miljun, kirja annwali li tiżdied bi 15% kull 5 snin ta’ €225,000 fis-sena, kirja addizzjonali għall-ewwel 10 snin ta’ €265,000 fis-sena u kirjiet addizzjonali oħra. Fuq bażi ta’ net present value (4.5%) l-ammont tal-offerta jlaħħaq it-€13-il miljun.
Il-Ministru qal ukollli skont il-pjan kummerċjali tal-kumpanija, din se tkun qed tinvesti aktar minn €6 miljuni f’din il-faċilità. Fir-rigward tal-investiment, l-MIYY qed jipprevedi li jinvesti ammont ta’ €2,150,000 fl-ewwel 5 snin, fuq l-infrastruttura u t-tagħmir, flimkien ma’ madwar €4 miljuni fi proċess ta’ reklamazzjoni biex jitwessa’ l-ispazju disponibbli għall-jottijiet. Dan biex ikun hemm spazju għal madwar 20 jott ieħor.
Huwa rringrazzjalill-konsorzju kif ukoll lill-Management attwali li flimkien assiguraw trasferiment tal-proprjetà mingħajr problemi, b’mod li x-xogħol fil-faċilità jkun jista’ jibqa’ għaddej. Il-kumpanija mistennija tħaddem madwar 70 persuna u l-proċess ta’ reklutaġġ mistenni jibda fil-jiem li ġejjin.
Il-ftehim kieniffirmat mis-Sur Albert Mamo u s-Sur Victor Bezzina f’isem il-konsorzju MIYY. Kienu preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi u ċ-Chairman tal-Privatisation Unit, Manuel Ellul.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow