Left arrow Go Back

Premjijiet E-Learning 2010:  L-GĦALLIEMA JIKKOMPETU GĦALL-AQWA UŻU TAL-ICT FL-ISKOLA

pr1264
Date Icon 08/07/2010
Għall-għaxar sena konsekuttiva, l-għotital-Premjijet tal-kompetizzjoni tal-eLearning qed jiġi organizzat minn European Schoolnet u appoġġjat minn imsieħba ewlenin fl-industrija.
Samill-ewwel edizzjoni fl-2001, żdied l-interess minn madwar l-Ewropa kollha b'mod qawwi u eluf ta' għalliema mill-Ewropa u lil hinn ipparteċipaw fil-kompetizzjoni hekk kif urew l-aqwa użu ta' teknoloġiji ġodda u ideat innovattivi fl-edukazzjoni u ispiraw lil oħrajn fl-użu tal-ICT.
Għaxarsnin wara t-tnedija tagħhom, il-Premjijiet tal-eLearning jibqgħu l-kompetizzjoni ewlenija tal-Ewropa li tippremja l-eċċellenza għall-aqwa użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni. Fl-2009, 700 għalliema minn 36 pajjiż issottomettew ix-xogħol tagħhom, u l-kompetizzjoni kienet appoġġjata minn ACER, Promethean, eInstruction, Elluminate, Intel, SMART, Young Digital Planet, Cisco u Microsoft.

Biex tiċċelebra l-10 anniversarju tal-Premjijiet tal-eLearning Awards, European Schoolnet qed tistieden lill-iskejjel u lill-istituzzjonijiet li jħarrġu lill-għalliema mill-Ewropa u lil hinn, biex jieħdu sehem u jirreġistraw fuq http://elearningawards.eun.org, u jippreżentaw l-aqwa proġetti tagħhom li jużaw l-ICT għat-tagħlim.

Barraminn hekk, wara tnedija b’suċċess fl-2009, l-edizzjoni tal-2010 għal darb’oħra se tkun miftuħa għal kompetituri internazzjonali minn pajjiżi barra mill-Ewropa permezz tal-kategorija “Kooperazzjoni internazzjonali”. Ser titnieda kategorija ġdida: il-Premjijiet Aspect, Premjijiet li għandhom l-għan li jippremjaw il-viżibbiltà u l-użabbiltà tar-riżorsi għat-tagħlim f’ripożitorji għar-riżorsi għat-tagħlim lokali, reġjonali jew nazzjonali.
Ir-rebbieħa għal kull kategorija, magħżula minnġurija ta’ esperti internazzjonali, jirbħu eluf ta’ Ewro fi premjijiet fi flus u tagħmir tal-ICT għall-klassi.

Karatteristika ġdida se tkun din: l-aqwa 50 sottomissjoni se jiġu inklużi fil-librerija ta’ Skambju ta’ Riżorsi għat-Tagħlim (http://lreforschools.eun.org), sabiex tingħata aktar viżibbiltà lill-prattiċi nnovattivi tal-għalliema u tħeġġeġ oħrajn jagħmlu l-istess.

Ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet:

Iċ-ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet, segwitaminn ċena gala, se ssir f'Kopenħagen f'Novembru 2010, matul il-Konferenza EMINENT 2010. Din il-Konferenza hija wahda annwali li tipprovdi opportunità unika għar-rappreżentanti minn Ministeri tal-Edukazzjoni Ewropej, kumpaniji globali u partijiet interessati ewlenin fl-edukazzjoni sabiex jiltaqgħu u jiddiskutu l-aħħar xejriet u kwistjonijiet fl-edukazzjoni fl-Ewropa. Ir-rebbieħa tal-premjijiet se jingħataw vjaġġ lejn Kopenħagen sabiex jattendu għaċ-ċerimonja.
Kiftieħu sehem:
Id-dħuljista’ jiġi sottomess online minn skejjel jew minn istituzzjonijiet għat-taħriġ tal-għalliema fi Stati Membri tal-UE, pajjiżi taż-ŻEE u pajjiżi applikanti tal-UE kif ukoll il-Ġeorġja, Iżrael u l-Isvizzera għall-kategoriji kollha. Għall-kategorija “Kooperazzjoni internazzjonali”, jistgħu jieħdu sehem il-pajjiżi kollha (ara r-regoli tal-Premjijiet tal-e Learning 2010).
Fuqil-websajt tal-Premjijiet tal-eLearning se jkun hemm gallerija li se turi l-kontribuzzjonijiet li se jiġu ġġudikati minn grupp ta’ esperti. Id-dħul jista’ jsir mill-4 ta’ Ġunju 2010 sat-28 ta’ Settembru 2010 direttament permezz tal-websajt:

http://elearningawards.eun.org.

Lista sħiħa tal-kategoriji se tiġi ppubblikata dalwaqt. Ara l-kategoriji tal-Premjijiet tal-e Learning:

http://www.elearningawards.eun.org/ww/en/pub/elearningawards/categories.htm

Għalaktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
PaulGerhard
Uffiċjalgħall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

paul.gerhard@eun.org

+32 (0)27907560
EuropeanSchoolnet
EuropeanSchoolnet (EUN) huwa konsorzju uniku bla skop ta’ lukru ta’ 31 Ministeru tal-Edukazzjoni fl-Ewropa maħluq fl-1997. EUN jipprovdi portali edukattivi Ewropej ewlenin għat-tagħlim u l-kollaborazzjoni u jmexxi t-triq lejn il-bidla fl-edukazzjoni skolastika permezz tal-użu ta’ teknoloġija ġdida (ara www.eun.org).
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow