Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern jifraħ lill-Korp tal-Pulizija

pr1262
Date Icon 07/07/2010
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, L-Onor. CarmMifsud Bonnici, irid jirreġistra s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma dejjem aktar viżibbli u diretta tal-Korp tal-Pulizija, b’mod partikolari għall-mod ta’ kif numru ta’ pulizija minn sezzjonijiet varji tal-Korp ikkomportaw ruħhom bħal-lum ġimgħa fl-aħħar każ t’ attentat ta’ serq aggravat fuq iċ-Ċentru tal-Bank HSBC f’Ħal Qormi. Il-Ministru jfaħħar il-mod eżemplari ta’ kif is-sitwazzjoni li żviluppat f’dan il-każ ġiet ikkontrollata u kkonfrontata – sitwazzjoni fejn ġew sparati numru ta’ tiri minn persuni u li għalihom kien hemm risposti diretti u adegwati mill-uffiċċjali tal-pulizija u li fihom ħadd mill-persuni nnoċenti u vulnerabbli li kienu fl-akkwati ma weġġa’.
Għaldan, il-Ministru jagħti ġieħ għall-impenn u għall-preparazzjoni kontinwa li l-Korp tal-Pulizija qed jagħti lill-membri kollha fl-Akkademja tiegħu. Dan jindika li l-politika ta’ taħriġ kontinwu u l-preparazzjoni għall-eventwalitajiet varji mhux biss hija neċessarja imma għandha tibqa’ tiġi sostnuta sabiex jinżammu l-ordni u d-dixxiplina fil-pajjiż u sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini Maltin. Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta llum jiddistingwi ruħu fl-Ewropa għat-taħriġ li jingħata filwaqt li t-tip ta’ tagħmir li għandhom l-uffiċċjali tal-pulizija ta’ Malta għall-kontroll tad-delinkwenti f’bosta każijiet jitqabbel tajjeb ma’ dak ta’ forzi tal-ordni Ewropej.
Il-Ministru jirregistra wkoll li hemm bżonn likoperazzjoni kontinwa mal-istituzzjonijiet finanzjarji, specjlamnet mal-banek fejn mhux biss hemm riskju għall-propjetà taċ-ċittadini imma wkoll riskji għall-ħajja taċ-ċittadini tagħna, tkompli tissaħħaħ. Dan sabiex il-livelli ta’ sigurtà ma jonqsux.
Is-sigurtà li joffri l-Korp tal-Pulizijaliċ-ċittadin m’hix xi ħaġa li għandha tittieħed b’mod leġġer għax bosta drabi l-uffiċjal tal-Pulizija huwa mgħajjat biex ipoġġi ħajtu fil-perikolu sabiex jipproteġi ħajjet min hu innoċenti. Għalhekk, il-Ministru Mifsud Bonnici jirringrazzja lill-uffiċjali tal-pulizija kollha għall-ħidma tagħhom kontra l-kriminalità u l-illegalità fil-pajjiż.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow