STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA
pr1261
07/07/2010
| Aktar qerq mill-Partit | tal-Oppozizzjoni fuq il-Vouchers tal-Energija |
| Il-Gvern | se jkompli jgħin lil min l-aktar għandu bżonn, minkejja li d-Deputat Mexxej tal-Oppozizzjoni, l-Onor Anġlu Farrugia pprova jirredikola s-sistema tal-energy vouchers li jingħataw lill-familji li huma l-aktar fil-bżonn. Permezz ta’ din l-għajnuna persuni u familji li jkollhom bżonn l-aktar għajnuna jingħataw tnaqqis fil-kont tagħhom tad-dawl u l-ilma. |
| Id-Deputat Mexxej tal-Oppozizzjoni Anġlu Farrugia fi | stqarrija li ħareġ prova jirredikola s-sistema. |
| Il-fatti | huma li matul is-sena li għaddiet il-familji rċivew l-energy vouchers b’dan il-mod u li 58% tal-famiji irċievew voucher ta’ aktar minn €151: |
| 3119 | familja rċivew voucher sa €50; |
| 3672 | familja rċivew voucher bejn €51 u €100; |
| 4570 | familja rċivew voucher bejn €101 u €150 |
| 7313 | familja rċivew voucher bejn €151 u €200 |
| 4226 | familja rċivew voucher bejn €200 u €250 |
| 1918 | familja rċivew voucher bejn €251 u €300 |
| 1080 | familja rċivew voucher bejn €301 u €400 |
| 1091 | familja rċivew voucher bejn €401 u €3000 |
| Dan | ifisser li matul is-sena li għaddew l-eluf ta’ nies rċivew l-energy benefit u l-ammont li rċivew hu f’ammoti ferm aktar minn dak li qed jipprova jagħti l-impressjoni d-Deputat Mexxej tal-Oppozizzjoni Anġlu Farrugia. |
| Jekk | kien hemm xi ħadd li rċieva voucher ta’ ammont żgħir kif qal l-Onor Anġlu Farrugia, dan sar għaliex ikun voucher li jkopri perjodu wieħed. Biex ikun onest miegħu nnifsu u mal-poplu għandu jgħid lil min għaddiehulu biex jagħtih il-kumplament tal-vouchers li jkopru s-sena sħiħa. Il-benefiċċju għall-enerġija jkun kalkulat fuq sena u jinkludi l-kera tal-arloġġ tad-dawl u tal-ilma. Jitħallas ukoll 30% tal-konsum sa massimu ta’ €75 għal kull persuna li jkunu jgħixu fil-post kull sena. |
| L-eluf | ta’ familji li qed jibbenefikaw mill-Benefiċċju tal-Enerġija li jinkludu pensjonanti, romol u persuni b’diżabilita’ jafu li d-Deputat Mexxej tal-Oppozizzjoni qed jinsulentahom meta jipprova jbella’ lill-poplu affarijiet li mhux minnhom. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990