STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA
pr1260
07/07/2010
| Il-Ministeru jerġa’ jiċħad li | t-tagħlim tas-Suġġetti Vokazzjonali se jkunu bil-flus |
| Għat-tieni darba fl-istess ġurnata | l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja jerġa’ jiċħad l-allegazzjoni nfondata li studenti li jaghżlu suġġetti vokazzjonali se jkunu mġagħla jħallsu għat-tagħlim. |
| Dalgħodu l-Ministeru ċaħad din | il-qlajja’ li saret mix-Shadow Minister tal-Edukazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo u mill-Orizzont, madanakollu din ġiet repetuta aktar tard wara nofsinhar mill-President tal-MUT, is-Sur John Bencini. |
| Il-Gvern isostni li dawk l-istudenti | li volontarjament jagħżlu li jistudjaw u jitħarrġu f’suġġetti vokazzjonali se jagħmlu dan bla ħlas. Bħalma jsir f’suġġetti oħra, meta jagħżlu li jagħmlu eżamijiet jew ifittxu li jiksbu ċertifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet edukattivi barranin huma jħallsu għal dan. Madankollu se jkun hemm ukoll eżenzjoni minn dan il-ħlas għal studenti li jitqiesu bħala każijiet soċjali kif diġa’ jsir għal eżamijiet oħra. |
Flimkien ma’ din l-istqarrija qed terġa tiġi pubblikata l-istqarrija sħiħa kif ħarġet dal-għodu (pr1255).
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990