AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
pr1249
05/07/2010
Skond l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mir-Rapid Alert System for Food and Feed, bħala prekawzjoni, il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilità ta’ preżenza ta’ Toluene.
Isem tal-prodott: | Vanillina |
Ditta: | PaneAngeli |
Piż: | 1g |
Tip ta’ Maħfen: | Borża b’żewġ pakketti ta’ 0.5g kull wieħed |
Data ta’ Durabilita’ minima: | 18/12/2012 |
Numru tal-Lott: | 127001 |
Oriġini: | Italja |
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Direttorat għal Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofs inhar.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990
