IL-KONSUMATUR IGAWDI MINN ROĦS FIL-PREZZ TA’ 62 MEDIĊINA
Dan hu l-ewwel pass u l-Gvern impenjat ikompli bl-isforzi tiegħu biex fi żmien qasir jorħsu aktar mediċini
Wara taħditiet bejn il-Gvern u importaturi tal-mediċini, bdew jorħsu l-prezzijiet ta’ 62 mediċina li jinbiegħu fil-gżejjer Maltin. 54 mediċina se jkunu qed jorħsu bejn 6 fil-mija u 40 fil-mija filwaqt li se jkun hemm mediċina li se torħos saħanistra b’67 fil-mija.
Xi importaturi diġà raħħsu l-prezzijiet tal-mediċini tagħhom u għaldaqstant dan qed jirrifletti ruħu fil-prezz ta’ 51 mediċina li diġà qed jinbiegħu bi prezz imraħħas fl-ispiżeriji.
Ir-roħs hu effettiv fuq il-konsenji l-ġodda tal-mediċini li jinbiegħu lill-ispiżeriji. Il-mediċini li diġà jinsabu fl-ispiżeriji se jibqgħu jinbiegħu bil-prezz l-antik sakemm jispiċċaw. Il-prezz il-ġdid ta’ tmien mediċini se jidħol fis-seħħ minn Awwissu li ġej, filwaqt li tlieta oħra se jorħsu f’Settembru.
Id-Dipartiment għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni mill-ewwel se jkun qed jagħmel spezzjonijiet fl-ispiżeriji biex jara li dawn il-prezzijiet qed jinżammu.
Ftehim dwar dan kollu ntlaħaq wara sensiela ta’ taħditiet bejn il-Gvern, id-Dipartiment għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, u l-importaturi. Dawn it-taħditiet li tmexxew mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur Chris Said, ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar ġimgħat.
Il-Gvern qed iqis dan l-iżvilupp bħala l-ewwel pass u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jkomplu t-taħditiet biex jorħsu l-prezzijiet ta’ aktar mediċini li l-Gvern għadu qed jinsisti li jridu jorħsu.
Din it-tabella turi l-ammont ta’ mediċini li se jorħsu mqassma skont il-perċentwal ta’ roħs fil-prezzijiet rispettivi.
Perċentwal ta’ Roħs fil-Prezz | Numru ta’ Mediċini |
sa 20% | 38 |
21% sa 30% | 11 |
31% sa 40% | 9 |
41% sa 50% | 3 |
> 51% | 1 |
Il-mediċina li se torħos l-aktar hi s-Septrin Paediatric Suspension 100ml li tintuża f’każijiet ta’ tfal li jbatu b’infezzjoni fil-pulmun. Din se torħos b’67 fil-mija. Il-prezz taz-Zocor 40mg X28, pilloli li jittieħdu minn persuni li jridu jnaqqsu l-kolesterol, minn persuni li jbatu bid-diabete jew li huma f’riskju ta’ attakk tal-qalb, se jorħos bin-nofs. Verżjonijiet oħra tal-istess mediċina se jorħsu bi 42 fil-mija u b’29 fil-mija.
Il-mediċina Zovirax 800mg X35, li tintuża minn persuni b’infezzjonijiet tal-ġilda, se torħos bi €82.72. Min-naħa l-oħra il-Locoid Scalp Lotion 0.1% se jorħos b’€1.15.
Il-lista tal-prezzijiet tal-mediċini li qed jorħsu qed tkun pubblikata ma’ din l-istqarrija.
Il-mediċina Doża Il-prezz attwali Il-prezz il-ġdid Ir-roħs fil-prezz
Perċentwal ta’ Roħs fil-Prezz | Numru ta’ Mediċini |
sa 20% | 38 |
21% sa 30% | 11 |
31% sa 40% | 9 |
41% sa 50% | 3 |
> 51% | 1 |
Tablet 1mg X 30
6.01
5.71
-0.30
Amaryl® 2mg
Tablet 2mg X 30
9.74
7.27
-2.47
Amaryl® 3mg
Tablet 3mg X 30
12.16
11.30
-0.86
Amaryl® 4mg
Tablet 4mg X 30
14.40
11.87
-2.53
Augmentin
Film-coated tablets 375mg x 21
13.02
11.76
-1.26
Avandament
500mg/1mg X 112
46.87
39.50
-7.37
Avandament
300mg/2mg X 112
93.41
77.63
-15.78
Avandia
film-coated tablets 4mg X 28
48.57
35.48
-13.09
Benylin® Children's Chesty Coughs
Syrup X 125ml
5.31
4.39
-0.92
Benylin® Children's Night Coughs
Syrup X 125ml
5.24
4.39
-0.85
Betnovate™ Scalp Application 0.1% w-w Cutaneous Solution
Scalp application X 100ml
12.19
9.86
-2.33
Canesten Pessaries
Passaries 100mg X 6
7.55
6.21
-1.34
Canesten®
Cream X 20gr
4.96
4.67
-0.29
Canesten®
Cutaneous spray solution X 40ml
9.71
7.90
-1.81
Canesten® HC
Cream x 30gr
8.34
7.14
-1.20
Ciproxin®
Tablets 250 mg x 10
13.88
11.33
-2.55
Ciproxin®
Tablets 500 mg x 10
23.18
19.80
-3.38
Cozaar
Film-coated Tablets 50mg x 28
32.94
24.85
-8.09
Cozaar®-COMP 50-12.5 Film Coated Tablets
Film-coated Tablets x 28
34.92
27.63
-7.29
Cutivate® Cream
Cream X 15g
6.68
5.09
-1.59
Daktarin™
Cutaneous powder X 20gr
4.82
3.42
-1.40
Engerix B
Suspension for injection X 1
26.66
23.38
-3.28
Eumovate® Cream
Cream x 30g
4.54
4.14
-0.40
Fosamax® Once Weekly 70mg
Tablets 70mg X 4
47.08
32.60
-14.48
Glucobay 100
Tablet X 90
25.16
22.64
-2.52
Glucobay 50
Tablet X 90
18.45
16.97
-1.48
Isotrex
Gel For topical application X 30g
14.65
14.00
-0.65
Kamadrin
Tablets 5mg X 100
12.49
8.71
-3.78
Klacid®
Granules for oral suspension 125 mg per 5 ml X 60ml
11.51
10.67
-0.84
Klacid®
Granules for oral suspension 125 mg per 5 ml X 100ml
16.10
15.17
-0.93
Levitra
Tablets 5mg X 30
38.13
36.19
-1.94
Levitra
Tablets 10mg X 30
43.98
39.33
-4.65
Lipitor®
Film-coated tablets 10mg x 28
36.08
23.33
-12.75
Lipitor®
Film-coated tablets 40mg x 28
53.46
47.95
-5.51
Lipitor®
Film-coated tablets 20mg x 28
45.05
42.00
-3.05
Locoid Crelo® 0.1%
Cutaneous emulsion X 30g
7.19
6.61
-0.58
Locoid Lipocream® 0.1%
Cream X 30g
7.19
6.39
-0.80
Locoid® Cream 0.1%
Cream X 30g
7.19
6.39
-0.80
Locoid® Scalp Lotion 0.1%
Ointment X 30g
7.19
6.04
-1.15
Lustral™
Film-coated tablets 100mg X 28
50.83
48.02
-2.81
Lustral™
Film-coated tablets 50 mg X 28
31.12
29.39
-1.73
Orelox®
Film-coated tablets 100mg x 10
13.29
12.41
-0.88
Oropram
Film-coated tablets 20mg X 28
15.72
12.59
-3.13
Otosporin Ear Drops
Suspension X 5ml
4.61
4.14
-0.47
Primolut N tabs
Tablets 5mg X 30
6.14
4.54
-1.60
Proscar
Film-coated tabelst 5mg X 28
45.56
30.77
-14.79
Reminyl™
Film-coated tablets 12mg X 56
119.73
108.25
-11.48
Septrin® Paediatric Suspension
Oral suspension x 100ml
9.92
3.28
-6.64
Seroxat
Film-coated tablets 20mg X 30
21.97
19.80
-2.17
Sivacor
Film-coated tablets 20mg X 30
18.63
10.71
-7.92
Sivacor
Film-coated tablets 40mg X 30
23.29
14.22
-9.07
Yasmin
Film coated tablets 21 X 3
27.49
25.59
-1.90
Zantac
Injection 2ml X 5amps
11.51
7.47
-4.04
Zantac®
Tablet 150mg X 60
28.75
19.39
-9.36
Zantac®
Tablet 300mg X 30
27.93
19.39
-8.40
Zithromax™
Powder for oral suspension 200 mg per 5 ml X 15ml
11.74
11.51
-0.23
Zocor®
Film-coated Tablets 10mg X 28
26.88
15.72
-11.16
Zocor®
Film-coated Tablets 20mg X 28
34.94
24.77
-10.17
Zocor®
Film-coated Tablets 40mg X 28
62.40
31.30
-31.10
Zovirax
Tablets 800mg x 35
221.49
138.71
-82.78
| Il-Gvern jirrikonoxxi li | dan l-ewwel pass hu pożittiv u se jżid l-impenn tiegħu biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin jitħabbar aktar roħs fil-prezzijiet ta’ mediċini oħra. |
| It-taħditiet bejn | il-Gvern u l-importaturi tmexxew mis-Segretarju Parlamentari Chris Said. Fil-ġimgħat li għaddew il-Gvern ressaq proposti quddiem l-importaturi tal-mediċini biex il-prezzijiet tal-mediċini jinżlu f’livelli aċċettabbli. Numru sostanzjali ta’ importaturi tal-mediċini fehmu l-pożizzjoni tal-Gvern Malti u min-naħa tagħhom ressqu proposti dwar roħs fil-prezzijiet tal-mediċini li huma direttament responsabbli minnhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur Chris Said jinnota r-rieda tajba ta’ importaturi li fehmu l-ħtieġa li l-prezzijiet tal-mediċini jorħsu fl-interess tal-konsumatur. |
| Chris Said irringrazzja | wkoll lill-Kamra tal-Kummerċ, lill-PRIMA u lill-GRTU, li jirrappreżentaw lill-importaturi tal-mediċini, għas-sehem tagħhom fin-negozjati u għall-impenn tagħhom biex ikomplu t-taħditiet sabiex jorħsu aktar prezzijiet tal-mediċini. |
| Hu qal ukoll li d-Dipartiment | għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni se jkun qed iwettaq il-verifiki neċessarji biex jassigura li l-prezzijiet tal-istocks il-ġodda tal-mediċini imsemmija fil-lista ppubblikata, jkunu jirriflettu l-ftehim milħuq mal-importaturi. |
| Fl-aħħarnett Chris Said | stieden lil kulħadd biex issa li sar l-ewwel pass ikomplu d-diskussjonijiet madwar il-mejda tan-negozjati sabiex fl-interess tal-konsumatur ikomplu jiġu identifikati l-mediċini li l-prezzijiet tagħhom għandhom jorħsu biex jirriflettu l-valur tagħhom. |
| Min jixtieq aktar | informazzjoni jista’ jċempel fuq il-linja 21446446. Il-linji tat-telefon se jkunu miftuħa minn għada s-Sibt 3 ta’ Lulju ’il quddiem bejn it-8.00am u t-8.00pm. |
Jistgħu wkoll jintbagħtu emails fuq medicines@gov.mt. Aktar informazzjoni tinkiseb ukoll mis-sit elettroniku www.doi.gov.mt
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990