Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI IŻUR IT-TRADE FAIR F’TA’ QALI

pr1230
Date Icon 02/07/2010
Is-SegretarjuParlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi żar it-Trade Fair ta’ Malta f’ Ta’ Qali li qed issir għat-53 darba. Huwa żar l-istand tad-Dipartiment tal-Kummerċ, fejn iltaqa’ ma’ uħud mill-esebituri li juru xogħol ta’ artiġjanat Malti, kif ukoll iddawwar fil-parti mtella’ b’informazzjoni dwar patents u liċenzjar ta’ prodotti u servizzi f’Malta.
Jason Azzopardi qalli mir-rispons pożittiv li ġej minn bosta mill-200 esebitur li qed jieħdu sehem f’din il-fiera, jidher li l-andament huwa inkoraġġanti. Uħud mill-esebituri fil-fiera stqarrew mas-Segretarju Parlamentari kif il-bejgħ din is-sena qabeż kull aspettattiva, u qabeż il-bejgħ li għamlu s-sena l-oħra.
Jason Azzopardi qalli l-fatt li sa l-Erbgħa ta’ din il-gimgħa kienu żaru l-fiera madwar 60,000 persuna, jawgura tajjeb, li jista’ jkun li jinqabeż anke l-ammont ta’ nies li żaru l-fiera s-sena l-oħra. Dan huwa iżjed inkoraġġanti fid-dawl ta’ avvenimenti internazzjonli importanti li qed jaħbtu mat-trade fair, kif ukoll attivitajiet oħra mill-kalendarju lokali.
Għalhekk dan huwa ta’kuraġġ għall-esebituri u l-operaturi li qed jieħdu sehem f’din il-fiera. Dan huwa xhieda li l-ekonomija hija tassew ħierġa mir-riċessjoni, u li b’ottimiżmu kawt għandna nħarsu ‘l quddiem.
Is-SegretarjuParlamentari radd ħajr lill-organizzazzjoni tal-fiera tas-set-up professjonali u l-faċilitajiet moderni li qed joffru lill-esebituri. Huwa awgura speċjalment lill-operaturi ta’ negozji żgħar u medji, għal din il-fiera.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow