DISKORS MILL-PRESIDENT TA’ MALTA, L-E.T. DOTT. GEORGE ABELA, FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊENA STATALI AD UNUR IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA L-E.T. IS-SUR GIORGIO NAPOLITANO U S-SINJURA NAPOLITANO – IL-PALAZZ, VALLETTA – 30 TA’ ĠUNJU
Press Releases
DISKORS MILL-PRESIDENT TA’ MALTA, L-E.T. DOTT. GEORGE ABELA, FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊENA STATALI AD UNUR IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA L-E.T. IS-SUR GIORGIO NAPOLITANO U S-SINJURA NAPOLITANO – IL-PALAZZ, VALLETTA – 30 TA’ ĠUNJU 2010
Eċċellenza Tiegħek Giorgio Napolitano u s-Sinjura Napolitano,
Onorevoli Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi,
Eċċellenzi,
Mistednin distinti,
Sinjuri,
Hu ta’ pjaċir kbir għal marti Margaret u għalija li għandna l-unur nilqgħu lill-Eċċellenza Tiegħu l-President Giorgio Napolitano u s-Sinjura Napolitano f’Malta u partikolarment f’din is-sala tal-Palazz imżejna bl-affreski spettakolari li jirrakkuntaw l-istorja tal-Assedju l-Kbir tal-1565 imwettqa mill-pittur eċċellenti Taljan Matteo Perez d’Aleccio. It-tliet Palazzi Presidenzjali jixhdu l-wirt kulturali tagħna, li huma marbutin mill-qrib mal-kultura Taljana, għaliex fihom insibu xogħlijiet numerużi minn artisti Taljani bħal Filippo Paladini, Mattia Preti, Leone Leoni u ħafna oħrajn.
Naħseb li nkun qed ngħid sewwa li l-identità ta’ Malta u ta’ niesha ssawru f’miżura kbira mill-viċinanza ġeografika mal-Italja li xettlet irbit storiku, kulturali, etniku u ekonomiku.
L-istess Belt Valletta nbniet fuq il-pjanti tal-inġinier eminenti Francesco Laparelli da Cortona u ħafna mill-Palazzi tagħha mill-perit Malti Girolamo Cassar li rċieva parti mit-taħriġ tiegħu l-Italja u tnebbaħ minn dak li ra hemm. Il-mużewijiet u l-Knejjes tagħna jiftaħru b’ħafna xogħlijiet tal-arti Taljani, speċjalment iż-żewġ kapolavuri tal-Caravaggio restawrati b’mod splendidu fl-Italja. Bosta artisti Maltin, tul is-sekli, sal-lum studjaw l-Italja. Il-kompożituri tal-mużika tagħna wkoll kienu ispirati mit-tradizzjoni Taljana u ħafna mill-kantanti tagħna tal-opra lirika għadhom jistudjaw sa żmienna f’konservatorji Taljani.
Sa mill-aħħar parti tal-Medju Evu, minbarra l-Latin, l-Isqalli u aktar tard it-Taljan, kienu jintużaw fid-dokumenti legali u amministrattivi f’Malta. It-Taljan kien il-lingwa tal-kultura għall-mijiet ta’ snin u baqa’ lingwa uffiċjali sal-1934. It-Taljan kien il-mezz li bih studjużi Maltin kisbu t-tagħlim tagħhom u ppubblikaw xogħlijiethom. Biex insemmi eżempju wieħed, l-ewwel storja sħiħa ta’ Malta, Della Descrittione di Malta, ġiet ippubblikata fl-1647 bit-Taljan minn Gian Franġisk Abela. Il-lingwa Maltija hija mibnija fuq bażi Semitika u għandha sovrastruttura Sqallija u Taljana li għenitu jikber u jevolvi u liema fatturi jagħżluh minn popli oħra.
Il-letteratura Maltija nbniet fuq mudelli Taljani sa mill-bidu tagħha. L-ewwel eżempju ta’ letteratura magħrufa bil-Malti li nafu bih, imsejħa “il-Cantilena”, imur lura sas-seklu ħmistax u, għalkemm miktub kważi għal kollox b’Malti Semitiku, l-istil tiegħu huwa bla dubju fit-tradizzjoni Taljana. Kittieba Maltin kienu mnebbħa minn kittieba Taljani u meta moviment letterarju beda jixxettel Malta fis-seklu dsatax, l-awturi Maltin kitbu bit-Taljan. L-istess poeta nazzjonali tagħna, Dun Karm Psaila, kiteb poeżiji bit-Taljan qabel ma beda jikteb bil-Malti.
L-istorja ta’ Malta hija marbuta mill-qrib ma’ dik tal-Italja t’Isfel u Sqallija. L-ewwel abitanti li ġew Malta 7000 sena ilu kienu minn Sqallija, l-eqreb art, u ċiviltajiet warajhom li aktar tard ikkolonizzaw jew iggvernaw Sqallija, għamlu l-istess f’Malta: il-Kartaġiniżi, ir-Rumani, il-Biżantini, l-Għarab, in-Normanni, l-Isvevi, l-Anġjoini u l-Aragoniżi. Dan ġab miegħu influss kostanti ta’ nies li ġabu magħhom il-lingwa, il-kultura, il-folklor, il-valuri, is-snajja’ u l-ħiliet, u l-prattiċi kummerċjali tagħhom. Fil-Medju Evu, Malta kienet tistrieħ fuq Sqallija għal uħud mill-ħtiġiet tal-ikel. Żwiġijiet imħallta bejn Maltin u Taljani kienu jsiru spiss u hekk għadu jsir sal-lum.
L-Italja kienet l-għatba għall-kontinent Ewropew fejn għandu x’jaqsam it-tifrix tal-kultura u ideat ġodda, inkluż il-kunċett ta’ stat-nazzjon. Kien biss fl-aħħar tas-seklu dsatax li l-kultura Maltija bdiet tiġi influwenzata minn firxa usa’ ta’ tradizzjonijiet Ewropej, speċjalment Ingliżi, imma l-oriġini tagħha jibqgħu l-aktar b’għeruqhom fil-kultura Taljana.
Is-sena d-dieħla, l-Italja tiċċelebra l-150 sena mill-unifikazzjoni tagħha. Malta wkoll kellha parti f’dan l-avveniment importanti fl-istorja Taljana. Fi żmien ir-Risorġiment, fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax, għadd kbir ta’ eżiljati politiċi sabu kenn f’Malta. Ħafna minnhom kienu kittieba u ġurnalisti li bdew ixandru artikli politiċi fil-ġurnali Maltin. Dawn l-attivisti politiċi nebbħu u xettlu sens ta’ nazzjonaliżmu fil-Maltin li bdew jitolbu drittijiet politiċi mingħand l-Ingliżi. Fost dawn l-eżiljati f’Malta lejlet l-unifikazzjoni, kien hemm Nicola Fabrizi, Michele Amari u Francesco Crispi li mbagħad sar darbtejn Prim Ministru tar-Renju Taljan magħqud.
Eċċellenza,
Ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja ma baqgħux imwaħħla fl-istorja komuni tal-passat. Sa mill-1964, meta Malta saret Stat indipendenti u sovran, ir-rabtiet tradizzjonali baqgħu jiżviluppaw u jikbru l-ħin kollu u llum huma attivi ħafna, eqreb u aktar ta’ ħbiberija minn qatt qabel. Verament, ir-relazzjonijiet tagħna huma speċjali fuq kull livell – bilaterali, multilaterali, reġjonali u fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet politiċi huma kkaratterizzati minn żjajjar frekwenti kemm uffiċjali u kemm statali. Il-muftieħ tas-suċċess fir-relazzjonijiet tagħna huma l-interessi reċiproċi u għanijiet komuni msejsa fuq valuri demokratiċi, id-drittijiet umani u r-rispett lejn id-dritt internazzjonali.
Mal-industrijalizzazzjoni ta’ Malta, l-iskambji ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi kibru u r-rabtiet kulturali komplew jissaħħu mat-tifrix tal-edukazzjoni ogħla.
Fl-1973, kien intlaħaq ftehim sabiex Malta tilqa’ l-Missione Italiana Assistenza Tecnica Militare u din ikkontribwixxiet sewwa fl-iżvilupp ta’ xogħlijiet infrastrutturali bħar-runway tal-ajruport; toroq u pontijiet ġodda; taħriġ fl-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ; u fis-sikurezza. Ninnota b’sodisfazzjon l-għoti dan l-aħħar ta’ tagħmir mill-Missjoni Militari lill-Forzi Armati ta’ Malta.
L-ewwel minn ħames protokolli finanzjarji ġie konkluż fl-1980 u dan għen b’mod tanġibbli biex ipatti parzjalment għat-tnaqqis ta’ dħul finanzjarju wara li l-ftehim ta’ difiża mal-Gran Brittanja ġie fi tmiemu. Il-fondi pprovduti minn dawn il-ħames protokolli, l-aħħar wieħed iffirmat fl-2002, għenu biex tiġi mmodernizzata l-infrastruttura, jiġu rrestawrati teżori kulturali u jiġu mwettqa għadd ta’ proġetti. Il-protokolli huma xhieda ta’ ħbiberija vera min-naħa tal-Italja u s-solidarjetà sħiħa tagħha ma’ Malta u ta’ dan jiena nistqarr gratitudni profonda f’isem il-Gvern u l-Poplu ta’ Malta.
L-Italja hija waħda mis-sieħba kummerċjali ewlenin ta’ Malta – l-iskambji kummerċjali baqgħu b’saħħithom u laħqu l-biljun Ewro fl-2008. L-iżbilanċ favur l-Italja tpatta xi ftit permezz ta’ żieda fit-turiżmu lejn Malta mill-Italja li s-sena li għaddiet laħaq il-mija u sittin elf (160,000), grazzi għall-ftuħ ta’ rotot ġodda tal-ajru. L-Italja hija wkoll destinazzjoni favorita mat-turisti Maltin.
L-investiment Taljan f’setturi prinċipali huwa ta’ ammont konsiderevoli. Dejjem hemm, madankollu, fejn wieħed jista’ jsaħħaħ u jkabbar dan is-settur importanti tal-kooperazzjoni għall-benefiċċju reċiproku taż-żewġ ekonomiji. Investiment riċenti Taljan sar fil-privatizzazzjoni tat-tarzna, f’ċerti servizzi portwarji u fid-distribuzzjoni tal-prodotti tal-enerġija.
Hemm kooperazzjoni mill-qrib fis-settur kulturali. L-Istituto Italiano di Cultura kien infetaħ fl-1971 u jinsab attiv ħafna u huwa strumentali fil-promozzjoni tal-kultura Taljana f’Malta billi jgħin fil-formazzjoni tal-għalliema tat-Taljan u jqassam boroż ta’ studju lil studenti Maltin. Madwar żewġ terzi tal-istudenti fl-iskejjel sekondarji tagħna jagħżlu t-Taljan bħala lingwa barranija. Korsijiet fit-Taljan huma wkoll organizzati mis-Società Dante Alighieri.
Eċċellenza,
Malta u l-Italja mhumiex biss Ewropej imma jaqsmu wkoll dimensjoni Mediterranja. Iż-żewġ pajjiżi huma attivi f’organizzazzjonijiet Mediterranji bl-iskop li jsaħħu l-kooperazzjoni u d-djalogu fost il-Popli tar-reġjun filwaqt li jaħdmu għall-paċi, għas-sigurtà u l-prosperità. Malta, bħall-Italja, temmen li l-Unjoni Ewropea għandha rwol fundamentali ħalli tinstab soluzzjoni għall-qagħda fil-Lvant Nofsani flimkien mal-membri tal-Kwartett.
Malta hija dejjem lesta li tassumi rwol ta’ medjatur, kull meta tista’, sabiex tqarreb aktar il-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa. Nemmen li l-kooperazzjoni effettiva, fil-ġimgħat li għaddew, bejn Malta, l-Italja, il-Libja, l-Iżvizzera, is-Slovenja u Spanja sabiex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għal ċerti kwistjonijiet fuq viżi, hija eżempju tajjeb tar-riżultati li jistgħu jintlaħqu permezz tad-djalogu bejn il-partijiet kollha.
L-Italja tat l-appoġġ lil Malta fit-talba tagħha li jkollha s-sede tal-Uffiċċju għas-Sostenn tal-Ażil Ewropew u ż-żewġ pajjiżi jaħdmu bla waqfien għal soluzzjoni tal-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet kollha fl-ambitu ta’ strutturi idonei. L-Italja tat ukoll l-appoġġ tagħha sabiex is-sede tas-Segretarjat tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran titwaqqaf f’Malta.
Il-kuraġġjuża “Dikjarazzjoni Schuman” li saret sittin sena ilu, li pproponiet il-ħolqien ta’ Ewropa organizzata, indispensabbli għal relazzjonijiet paċifiċi, xegħlet proċess ta’ integrazzjoni li wassal għall-Unjoni Ewropea kif nafuha llum, Unjoni li għenet sabiex ikun hemm perijodu ta’ paċi u prosperità bla preċedent. L-Italja, wieħed mill-pajjiżi fundaturi, kienet sostenitur sod u konsistenti għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u ta’ dan nibqgħu rikonoxxenti. Iż-żewġ pajjiżi llum huma t-tnejn membri ta’ din il-familja kbira ta’ nazzjonijiet u jikkooperaw fi spirtu ta’ sinerġija fl-istrutturi Ewropej.
Malta tħares ’il quddiem sabiex tkompli taħdem mill-qrib mal-Italja fis-snin li ġejjin fl-istess spirtu ta’ appoġġ reċiproku u l-kooperazzjoni tradizzjonali u ta’ ħbiberija għall-benefiċċju taż-żewġ Popli tagħna.
Nixtieq issa nistieden lilkom ilkoll biex tqumu bil-wieqfa u terfgħu t-tazzi tagħkom u nixorbu bis-saħħa tal-President Giorgio Napolitano u s-Sinjura Napolitano u għar-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u l-Italja.
SPEECH BY THE PRESIDENT OF MALTA, H.E. DR. GEORGE ABELA, ON THE OCCASION OF THE STATE DINNER IN HONOUR OF THE PRESIDENT OF THE ITALIAN REPUBLIC, H.E. MR. GIORGIO NAPOLITANO – THE PALACE, VALLETTA – 30 JUNE 2010
Your Excellency Giorgio Napolitano and Mrs Napolitano,
Honourable Prime Minister and Mrs Gonzi,
Excellencies,
Distinguished guests,
Ladies and gentlemen,
It is with great pleasure that my wife Margaret and I have the honour of welcoming His Excellency President Giorgio Napolitano and Mrs Napolitano to Malta and especially to this hall in the Palace so richly decorated with the spectacular frescoes depicting the history of the Great Siege in 1565 painted by an excellent Italian artist, Matteo Perez d’Aleccio. Indeed, our three presidential palaces are testimony of our cultural heritage, so intimately linked with Italian culture, for in them we find numerous works by Italian artists such as Filippo Paladini, Mattia Preti, Leone Leoni and many others.
I believe it would be true to say that Malta’s identity and that of its people were moulded to a large extent by its geographical proximity to Italy which has resulted in strong historical, cultural, ethnic and economic ties.
The very city of Valletta was built on the plans of the eminent engineer Francesco Laparelli da Cortona and many of its palaces by the Maltese architect Girolamo Cassar who had received part of his training and found inspiration in Italy. Our museums and Churches boast many Italian works of art, foremost among them the two masterpieces by Caravaggio, splendidly restored in Italy. Many Maltese artists have studied in Italy for many centuries up to the present day. Our musical composers have also been inspired by the Italian tradition and many of our best lyrical opera singers still study in renowned Italian conservatories till this very day.
Sicilian and later Italian, besides Latin, were used in legal and administrative documents in Malta since the Middle Ages. Italian was the language of culture for hundreds of years and remained an official language until 1934. Italian was the vehicle through which Maltese scholars acquired their knowledge and published their works. To mention but one example, the first comprehensive history of Malta, Della Descrittione di Malta, was published in Italian in 1647 by Gian Francesco Abela. The Maltese language is basically Semitic, and it has a strong Sicilian and Italian superstructure which has enabled it to grow and evolve and these factors distinguish us from other peoples.
Maltese literature has been built on Italian models right from the beginning. The earliest known example of literature in Maltese, entitled “Cantilena”, dates back to the fifteenth century and, though written almost exclusively in Semitic Maltese, its style is unmistakeably in the Italian tradition. Maltese writers have been inspired by Italian authors and when a literary movement started to develop in Malta during the nineteenth century, Maltese authors wrote in Italian. Our national poet himself, Dun Karm Psaila, wrote poetry in Italian before he started writing in Maltese.
Maltese history has been intimately linked with that of Southern Italy and Sicily. The first Maltese inhabitants came from Sicily, the closest land, 7000 years ago and later civilizations which settled or ruled Sicily also ruled Malta: Carthaginians, Romans, Byzantines, Arabs, Normans, Swabians, Angevins and Aragonese. This brought about a constant influx of people who brought with them their language, culture, folklore, values, trades and crafts, and commercial practices. In medieval times, Malta depended on Sicily for some of its food supply. Intermarriage between Maltese and Italians took place constantly, and still does so today.
Italy was Malta’s gateway to the European continent as regards the diffusion of culture and new ideas, including that of the nation-state. It was only in the late nineteenth century that Maltese culture began to be influenced by a wider spectrum of European traditions, mainly English, but its origins remain largely rooted in Italian culture.
Next year, Italy will celebrate one hundred and fifty years from its unification. Malta too has played a role in this momentous event in Italian history. At the time of the Risorgimento, during the first half of the nineteenth century, numerous Italian political exiles found refuge in Malta. Many were patriotic writers and journalists who started to publish political articles in the Maltese press. These political activists inspired and nurtured a sense of nationalism in the Maltese who began to demand political rights from the British. Among these exiles in Malta, on the eve of unification, were Nicola Fabrizi, Michele Amari and Francesco Crispi who later became the Prime Minister of the unified Kingdom of Italy for two times.
Excellency,
Relations between Malta and Italy have not remained frozen in the shared history of the past. Since 1964, when Malta became an independent and sovereign State, traditional ties have constantly developed and grown and are today more vibrant, closer and friendlier than ever. Indeed, our relations are special at all levels – bilateral, multilateral, regional, and at European Union Level. Political relations are characterized by frequent high-level official and state visits. The key to our successful relations are common interests and shared goals based on democratic values, human rights and respect for international law.
With Malta’s industrialization, economic exchanges between the two countries flourished and cultural ties were further enhanced with the spread of higher educational facilities.
An agreement was reached in 1973, to host the Missione Italiana Assistenza Tecnica Militare in Malta and this has substantially contributed in the infrastructural works development on the airport runway; new roads and bridges; training in search and rescue operations; and security. I note with satisfaction the recent donation of logistical equipment by the Missione Militare to the Armed Forces of Malta.
The first of five financial protocols was concluded in 1980 and this has contributed in a most tangible manner in partly compensating for the decrease in revenue following the expiry of the defence agreement with Great Britain. The funds provided through these five protocols, with the last protocol signed in 2002, have helped to modernize our infrastructure, restore cultural treasures and realize various projects. The protocols bear testimony to Italy’s true friendship and unwavering solidarity with Malta and for this I express my heartfelt gratitude in the name of the Government and People of Malta.
Italy is one of Malta’s foremost trading partners - commercial exchanges have remained vigorous and reached one billion Euro in 2008. The imbalance in favour of Italy has been partly compensated for by an increase in incoming tourism, from Italy to Malta, which last year reached about one hundred and sixty thousand tourists, owing, in part, to the opening of new routes. Italy remains a favourite destination for Maltese tourists too.
Italian investment in key sectors of Malta’s economy is considerable. There is, however, always more room for strengthening and increasing this important sector of cooperation for the mutual benefit of our two economies. Recent Italian investment has been injected in the dockyard privatisation, certain port facilities and the distribution of fuel.
There is close cooperation in the cultural sector. The Istituto Italiano di Cultura was inaugurated in 1971 and is very active and instrumental in promoting Italian culture in Malta, helping in the formation of teachers of Italian and awarding scholarships to Maltese students. About two thirds of our students in secondary schools choose to study Italian as a foreign language. Courses in Italian are also regularly organized by the Società Dante Alighieri.
Excellency,
Malta and Italy are not only European but they also share a Mediterranean dimension. Both countries are active in Mediterranean fora with the aim of strengthening cooperation and dialogue between all Peoples in the region while fostering peace, security and prosperity. Malta, like Italy, believes that the European Union has a fundamental role to play towards a just solution to the situation in the Middle East in concert with the other members of the Quartet.
Malta is always ready to take the role of mediator, whenever it can, to bring the countries of North Africa closer to Europe. I believe that the effective cooperation, during the past weeks, between Malta, Italy, Libya, Switzerland, Slovenia and Spain to work out a satisfactory solution to some visa issues is a good example of the results which may be achieved through dialogue between all parties.
Italy has supported Malta’s bid to host the “European Asylum Support Office” and both countries are working incessantly towards a solution to the phenomenon of irregular immigration through cooperation between all parties within appropriate structures. Italy also gave its support for the Secretariat of the Parliamentary Assembly of the Mediterranean to be located in Malta.
The courageous “Schuman Declaration” made sixty years ago, proposing the creation of an organised Europe, indispensable to the maintenance of peaceful relations, sparked an integration process which has led to today’s European Union, a Union that has helped to deliver an unprecedented period of peace and prosperity. Italy, one of the founding members, was a steadfast and constant supporter of Malta’s membership in the European Union and for this we remain grateful. Our two countries are now both members of this great family of nations and cooperate in a spirit of synergy within European structures.
The recent economic and financial turmoil in Europe and around the world is still cause for concern and the European common currency has felt the effects of difficulties experienced by some economies. The European Union has taken unprecedented measures to support the Euro. It is our view that mechanisms need to be put in place, within the context of a more decisive integration, to make the currency stronger and able to repulse threats to its stability. Malta favours a more united, integrated and assertive Europe as provided by the Lisbon Treaty.
Excellency,
Malta looks forward to continue working closely with Italy in the coming years in the same spirit of mutual support and traditional, friendly cooperation for the benefit of our two Peoples.
I now invite all those present to stand up, raise their glass and to toast to the health of President Giorgio Napolitano and Mrs Napolitano and to the excellent relations between Malta and Italy.
ITALIAN VERSION
Vostra Eccellenza Giorgio Napolitano e Signora Napolitano,
Onorevole Primo Ministro e Signora Gonzi,
Onorevoli,
Illustri ospiti,
Signore e signori,
È con grande piacere e onore che mia moglie Margaret ed io abbiamo l’onore di dare il benvenuto a Malta a Sua Eccellenza il Presidente Giorgio Napolitano e alla Sua consorte la Signora Napolitano ed in particolar modo in questa sala del Palazzo così riccamente decorata con gli spettacolari affreschi che ritraggono la storia del Grande Assedio del 1565 dipinta da un eccellente artista italiano, Matteo Perez d’Aleccio. Invero, i nostri tre palazzi presidenziali sono una testimonianza del nostro patrimonio culturale, così intimamente legato alla cultura italiana; si possono infatti trovare in essi numerosi lavori di artisti italiani come Filippo Paladini, Mattia Preti, Leone Leoni e molti altri.
Ritengo sarebbe giusto dire che l’identità di Malta, e quella della sua gente, sia stata modellata in gran parte dalla sua prossimità geografica all’Italia, risultanza della quale sono i forti legami storici, culturali, etnici ed economici.
La stessa città di Valletta è stata costruita su progetto dell’eminente ingegnere Francesco Laparelli da Cortona e molti dei suoi palazzi dall’architetto maltese Girolamo Cassar che, avendo portato avanti parte dei suoi studi in Italia, quivi trovò l’ispirazione. I nostri musei e chiese sono pieni di opere d’arte italiane, primi tra tutti i due capolavori di Caravaggio, splendidamente restaurati in Italia. Molti artisti maltesi nel corso dei secoli hanno studiato, e studiano tutt’oggi in Italia. Persino i nostri compositori sono stati ispirati dalla tradizione italiana e molti dei nostri cantanti lirici studiano tutt’ora nei rinomati conservatori italiani.
Dal tardo Medioevo, a Malta, i documenti legali e amministrativi venivano redatti, oltre che in latino, in siciliano, ed in seguito in italiano. L’italiano è stata la lingua della cultura per centinaia di anni ed è rimasta lingua ufficiale sino al 1934. La lingua italiana è stata il mezzo attraverso il quale gli studiosi maltesi hanno acquisito la loro conoscenza e pubblicato i loro lavori. Per citare un esempio, la prima storia di Malta completa, Della Descrizione di Malta, è stata pubblicata nel 1647 in italiano da Gian Francesco Abela. La lingua maltese, che ci distingue da altri popoli, si basa sul semitico, e le forti sovrastrutture siciliane ed italiane le hanno permesso di crescere ed evolversi.
La letteratura maltese è stata costruita sui modelli italiani sin dagli albori. Il più antico esempio conosciuto di letteratura in lingua maltese, intitolato “Cantilena”, risale al quindicesimo secolo e, sebbene sia stato scritto quasi esclusivamente in semitico-maltese, trova chiaramente il suo stile nella tradizione italiana. Gli scrittori maltesi sono stati ispirati dagli autori italiani e quando nel diciannovesimo secolo ha cominciato a svilupparsi un movimento letterario a Malta, gli autori maltesi scrivevano in italiano. Il nostro stesso poeta nazionale, Dun Karm Psaila, ha scritto poesie in italiano prima di cominciare a scrivere in maltese.
La storia maltese è stata intimamente legata a quella dell’Italia meridionale e della Sicilia. I primi abitanti di Malta vennero dalla Sicilia, la terra più vicina, 7000 anni fa, e le civiltà che si sono stanziate o che hanno governato la Sicilia hanno governato anche Malta: i cartaginesi, i romani, i bizantini, gli arabi, i normanni, gli svevi, gli angioini e gli aragonesi. Tutto questo ha portato un in-flusso costante di persone che hanno portato con sé la propria lingua, cultura, folklore, valori, arti e mestieri e pratiche commerciali. Durante il Medioevo, Malta dipendeva dalla Sicilia per parte del suo fabbisogno alimentare. Matrimoni tra maltesi ed italiani erano, e sono, molto frequenti fino al giorno d’oggi.
L’Italia è stata il passaggio per Malta verso il continente europeo per quanto riguarda la diffusione della cultura e di nuove idée, inclusa quella di stato-nazione. È stato soltanto nel tardo diciannovesimo secolo che la cultura maltese ha iniziato ad essere influenzata da un ampio spettro di tradizioni europee, principalmente inglesi, ma le sue origini rimangono fortemente radicate nella cultura italiana.
L’anno prossimo l’Italia celebrerà i cento-cinquanta anni dalla sua unificazione. Anche Malta ha avuto un ruolo in questo momento importantissimo della storia italiana. Al tempo del Risorgimento, nella prima metà del diciannovesimo secolo, molti esiliati politici italiani trovarono rifugio a Malta. Molti erano scrittori e giornalisti patriottici che iniziarono a pubblicare articoli politici nella stampa maltese. Questi attivisti politici hanno ispirato e alimentato un senso di nazionalismo nei maltesi che iniziarono a pretendere diritti politici dagli inglesi. Tra questi esiliati a Malta, alla vigilia dell’unificazione, vi furono Nicola Fabrizi, Michele Amari e Francesco Crispi che più tardi diventò per due volte Primo Ministro dell’unificato Regno di Italia.
Eccellenza,
I rapporti tra Malta e Italia non si fermano alla condivisione della storia passata. Dal 1964 quando Malta è diventata uno stato sovrano indipendente, i legami tradizionali hanno continuato a svilupparsi e a crescere diventando sempre più vibranti, vicini e amichevoli. Invero, i nostri rapporti sono speciali a tutti i livelli – bilaterali, multilaterali, regionali e a livello di Comunità Europea. I rapporti politici sono caratterizzati da frequenti visite ufficiali di alto livello e da visite di stato. La chiave dei nostri buoni rapporti sono interessi comuni e obiettivi condivisi basati su valori democratici, diritti umani e rispetto della legge internazionale.
Con l’industrializzazione di Malta, fiorirono gli scambi economici tra i due paesi e i legami culturali furono ulteriormente migliorati con la diffusione di servizi educativi di più alto livello.
Nel 1973, fu raggiunto un accordo per ospitare a Malta la Missione Italiana Assistenza Tecnica Militare e questo contribuì sostanzialmente allo sviluppo di lavori infrastrutturali sulla pista di atterraggio dell’aeroporto; nuove strade e ponti; alla formazione su operazioni di ricerca e soccorso; e alla sicurezza. Noto con soddisfazione la recente donazione di equipaggiamento logistico da parte della Missione Militare alle Forze Armate di Malta.
Il primo dei cinque protocolli finanziari è stato concluso nel 1980 e questo ha aiutato in maniera molto tangibile a compensare in parte la diminuzione del reddito dopo la scadenza dell’accordo di difesa con la Gran Bretagna. I fondi forniti da questi cinque protocolli, l’ultimo dei quali è stato firmato nel 2002, hanno aiutato a modernizzare le nostre infrastrutture, restaurare i nostri tesori culturali e realizzare vari progetti. I protocolli portano la testimonianza della sincera amicizia dell’Italia e risoluta solidarietà con Malta, e per questo esprimo la mia sincera gratitudine a nome del Governo e del popolo maltese.
L’Italia è uno dei principali partner commerciale di Malta – gli scambi commerciali sono rimasti vigorosi e hanno raggiunto un miliardo di euro nel 2008. Lo squilibrio in favore dell’Italia è stato parzialmente ricompensato da un aumento nel turismo che l’anno scorso ha raggiunto circa cento-sessanta-mila, grazie in parte, all’apertura di nuove vie. L’Italia rimane una delle destinazioni preferite anche dai turisti maltesi.
L’investimento dell’Italia in fattori chiave dell’economia maltese è considerevole. Esistono tuttavia spazi e possibilità per migliorare ed incrementare questo importante settore della cooperazione a mutuo vantaggio delle nostre economie. Un recente investimento italiano è stato impiegato per la privatizzazione del cantiere navale, per alcuni servizi portuali e distribuzione di carburante.
Esiste una stretta cooperazione nel settore culturale. L’Istituto Italiano di Cultura, aperto nel 1971, è uno strumento molto attivo nella promozione della cultura italiana a Malta, aiutando la formazione degli insegnanti di lingua italiana e assegnando borse di studio a studenti maltesi. Circa due terzi dei nostri studenti delle scuole superiori scelgono di studiare italiano come lingua straniera. I corsi in lingua italiana vengono anche regolarmente organizzati dalla Società Dante Alighieri.
Eccellenza,
Malta e Italia non sono soltanto europee; dividono anche una dimensione mediterranea. Entrambi i paesi sono attivi a livello mediterraneo nel rafforzare la cooperazione e il dialogo tra tutti i popoli della regione promuovendo pace, sicurezza e prosperità. Malta, come l’Italia, crede che l’Unione Europea abbia un ruolo fondamentale da giocare per trovare la giusta soluzione alla situazione del Medio-Oriente in concerto con gli altri membri del Quartetto.
Malta è sempre pronta ad intraprendere il ruolo di mediatore, quando possibile, per avvicinare i paesi del Nord-Africa all’Europa. Credo che l’effettiva collaborazione delle scorse settimane, tra Malta, Italia, Libia, Svizzera, Slovenia e Spagna per portare ad una soluzione soddisfacente alcune questioni di visti, possa essere un buon esempio dei risultati che si possono raggiungere attraverso il dialogo tra tutte le parti.
L’Italia ha sostenuto la richiesta di Malta di ospitare l’Ufficio di Sostegno per l’Asilo Europeo ed entrambi i paesi lavorano incessantemente ad una soluzione al fenomeno dell’immigrazione clandestina attraverso la cooperazione di tutte le parti e nell’ambito di strutture adeguate. L’Italia ha anche dato il suo supporto affinchè il Segretariato dell’Assemblea Parlamentare del Mediterraneo fosse stabilito a Malta.
La coraggiosa “Dichiarazione Schuman”, resa sessanta anni fa, che proponeva la creazione di un’Europa organizzata, indispensabile al mantenimento di relazioni pacifiche, iniziò un processo di integrazione che ha portato all’odierna Unione Europea, un’Unione che ha aiutato ad assicurare un periodo di pace e di prosperità senza precedenti. L’Italia, uno dei paesi fondatori, è stata una ferma e costante sostenitrice dell’ingresso di Malta nell’Unione Europea, e ve ne siamo riconoscenti. I nostri due paesi sono adesso entrambi membri di questa grande famiglia di nazioni e collaborano in uno spirito di sinergia nell’ambito di strutture europee.
Le recenti agitazioni economiche e finanziarie in Europa e nel mondo, sono ancora causa di preoccupazione, e la moneta unica europea ha risentito degli effetti delle difficoltà incontrate da alcune economie. L’Unione Europea ha intrapreso misure senza precedenti per sostenere l’Euro. Riteniamo tuttavia che debbano essere stabiliti dei meccanismi, nel contesto di una integrazione più decisiva, che rendano la moneta unica più forte e in grado di respingere minacce alla sua stabilità. Malta favorisce un’Europa più unita, integrata e affermata così come stabilito nel Trattato di Lisbona.
Eccellenza,
Malta anela a continuare a lavorare così da vicino con l’Italia in futuro, nello stesso spirito di mutuo sostegno, e tradizionale e amichevole cooperazione a beneficio dei nostri due popoli.
Invito adesso tutti i presenti ad alzarsi, a sollevare i calici e a brindare alla salute del Presidente Giorgio Napolitano e della Signora Napolitano, e agli eccellenti rapporti tra Malta e Italia.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990