Left arrow Go Back

IL-MINISTRU PULLICINO JQAJJEM IL-KAŻ TAL-ATTAKKI FUQ OPERATURI MALTIN FIL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI PRESS PHOTOS: STATE VISIT PRESIDENT OF ITALY H.E. GIORGIO NAPOLITANO

PR1203
Date Icon 29/06/2010

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino illum ipparteċipa waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Agrikoltura u Sajd, li qed issir fil-Lussemburgu u li ddiskutiet fost oħrajn il-mira tal-Kummissjoni biex tintlaħaq il-Maximum Sustainable Yield għall-istokkijiet tal-ħut sal-2015 u ir-riforma tal-politika tas-sajd.

Waqt id-diskussjoni fuq ir-riforma tal-politika tas-sajd, il-Ministru Pullicino saħaq fuq l-importanza li jkun affermat mill-ġdid ir-rwol li jkopru l-ispetturi tal-Istati Membri u tal-Aġenzija tal-Kontroll tas-Sajd. Il-Ministru Pullicino emfasizza l-punt illi huma dawn biss li għandhom jedd jieħdu miżuri ta’ nfurzar.

Il-Ministru kompla qal ukoll li ċertament mhux aċċetabbli li armati privati, bħal dawk ta’ għaqdiet non-governattivi  bħal ma huma l-Greenpeace u s-Sea Sheperd, jattakaw operazzjonijiet legali ta’ sajd kif rajna fl-aħħar ġranet fuq operaturi Maltin. Dawn l-attakki saru fuq attivitajiet Maltin li kienu  jinvolvu wkoll dgħajjes Libjani, Tunezini, Francizi u Taljani.

Dawn l-għaqdiet m’għandhomx dritt jieħdu l-liġi f’idejhom. Huwa ċar illi l-operaturi għandhom dritt li jkunu protetti żied jgħid il-Ministru Pullicino.

DOI - 29.06.10

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow