PROGRAMM TA’ SKAMBJI DIRETTI MILL-UNIVERSITA’ TA’ MALTA
Għal din is-sena twaqqaf Programm ta’ Skambji Diretti immexxi mill-Universita’ ta’ Malta u finanzjat mill-Gvern Malti bil-kooperazzjoni ta’ universitajiet Ewropej.
Numru sostanzjali ta’ studenti irċivew konferma li ġew aċċettati minn universitajiet Ewropej u huma eliġibbli biex jipparteċipaw f’dan il-Programm ta’ Skambji Diretti. Dawn l-istudenti se jirċievu ittra mill-Universita’ ta’ Malta bl-arranġamenti li jippermettulhom jipparteċipaw f’dan il-programm.
Fil-każ ta’ studenti fejn il-konferma mill-universita’ Ewropea għadha pendenti, qed isir sforz biex isiru arranġamenti alternattivi biex anke dawn l-istudenti jkunu jistgħu jipparteċipaw.
Il-Gvern Malti se jipprovdi l-finanzjament meħtieġ lill-istudenti biex jipparteċipaw f’dan il-Programm ta’ Skambji Diretti.
L-Universita’ ta’ Malta hi rikonoxxenti għall-kooperazzjoni murija minn dawk l-universitajiet Ewropej li qablu li jissieħbu f’dan il-Programm ta’ Skambji Diretti kif ukoll għall-ġenerożita li dawn l-istituzzjonijiet urew billi mhux se jitolbu miżati mingħand l-istudenti Maltin li se jipparteċipaw f’dan il-programm.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990