Left arrow Go Back

IL-MEUSAC JIDDISKUTI L-WATER FRAMEWORK DIRECTIVE

PR1179
Date Icon 25/06/2010

Il-Core Group tal-MEUSAC illum iddiskuta l-ġbir u l-manutenzjoni tal-ilma skont il-Water Framework Directive li Malta, bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, hi mistennija timplimenta sal-2015. 

Is-Sinjura Yvette Rizzo, Senior Environment Officer tal-MEPA, waqt il-preżentazzjoni li għamlet lill-membri dwar il-Pjan tal-Immaniġġjar u l-Ġbir tal-Ilma, qalet li d-direttiva tkopri l-ilmijiet kollha u tpoġġi livell minimu ta’ protezzjoni li kull Stat Membru jrid jilħaq.  Id-direttiva tisħaq li ma jistax ikun hemm aktar deterjorament tal-ilma, kif ukoll li sal-2015 għandu jintlaħaq status ta’ livell tajjeb tal-ilma kemm ekoloġiku kif ukoll kimiku. Hi spjegat kif il-pjan hu bbażat madwar ċiklu fejn l-ewwel ġew identifikati il-karatteristiċi tal-istat tal-ilma. Dan wassal biex tfassal programm ta’ monitoraġġ li se jigi mniedi matul din is-sena u fejn abbażi ta’ dan il-monitoraġġ qegħdin jiġu identifikati l-eżenzjonijiet mid-direttiva li Malta għandha bżonn. Permezz ta’ dawn ir-riżultati nħoloq il-Pjan tal-Immaniġġjar tal-Ġbir tal-Ilma, li r-riżultati aħħarin tiegħu jiġu rrappurtati lill-Unjoni Ewropea.  Iċ-ċiklu jerġa’ jibda biex iwassal għall-2015 fejn ikun hemm it-tieni Pjan ta’ Immaniġġjar u t-tielet wieħed fl-2021.  Is-sinjura Rizzo tat ukoll dettalji tar-riżultati misjuba fil-gżejjer Maltin u l-miżuri li qegħdin jittieħdu biex jintlaħqu l-miri tad-direttiva.

Dott. John Mangion, Direttur fid-Direttorat tal-Ilma fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, ikkonferma li l-kwalità tal-ilma li qiegħed jiġi pprovdut illum il-ġurnata hu skont l-istandards tal-Unjoni Ewropea u li l-ilma tal-vit hu tajjeb għax-xorb.

Fost il-punti li tqajmu mill-membri, saret mistoqsija għalfejn qiegħed jiġi ffinanzjat il-ġbir tal-ilma li permezz ta’ proġetti oħra qiegħed jintrema. Dan iwassal biex Malta titlob eżenzjonijiet mid-direttiva flok tieħu azzjonijiet biex ma jitkompliex jintilef l-ilma.

Is-sinjura Yvette Rizzo, kif ukoll uffiċjali tal-MRA u l-MEPA, ikkonkludew li għadu għaddej il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-pjan tal-ġbir tal-ilma, u semmew kif wieħed għandu jagħmel biex jagħti l-veduti tiegħu dwar dan is-suġġett.

Lejn tmiem il-laqgħa Dott. Vanni Xuereb, Kap tal-MEUSAC, spjega r-riżultati tal-konsultazzjoni li saret fost il-membri dwar il-ħidma tal-Core Group. Hu semma t-tibdiliet li dwarhom hemm konverġenza fost il-membri. Ir-rakkomandazzjonijiet issa se jingħataw lill-Gvern.

Preżenti għal-laqgħa ppreseduta mill-Onor. Dott. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall- Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, kien hemm Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), is-Sinjura Sylvia Gauci (Segretarju Eżekuttiv, MCESD), is-Sinjorina Graziella Pullicino (Aġent Kap Segretarjat tal-UE fl-OPM), is-Sur Carmel Cacopardo (AD), is-Sur Arthur Rossi (CMTU), is-Sur Joe Grech (GBC), is-Sinjorina Abigail Mamo (GRTU), is-Sur Victor Carachi (GWU), l-Inġ. Ray Muscat (MCCEI), Dott. Paul De Battista (MEA), Dott. Joe Mifsud (PL), l-Onor. Francis Zammit Dimech (PN), Dott. Romina Bartolo (UĦM),  is-Sur Benjamin Rizzo (rappreżentant tas-soċjetà ċivili), Dott. Diane Farrugia (Segretarju), kif ukoll membri tal-istaff tal-MEUSAC, tas-Segretarjat għall-UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, uffiċjali oħra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), kif ukoll mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow