Left arrow Go Back

FESTA SAJFIJA GĦAWDXIJA-AMERIKANA

PR1165
Date Icon 23/06/2010

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta fil-jiem li għaddew organizzaw għall-ewwel darba f’Għawdex, festa Għawdxija-Amerikana fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex.

Il-mużiċista popolari tal-mużika country John Montana żewwaq is-serata, li kienet animata wkoll b’kant fuq stil Amerikan li kienu jinkludu kanzunetti popolari bħal America The Beautiful, You are My Sunshine, When The Saints Go Marching In, Sweet Caroline u New York, New York.

Il-Professuri John Contino u Marie Mullins mill-Università ta’ Pepperdine University fissru xena ta’ l-Amerika kif deskritta fil-valuri ta’ ħames xogħlijiet letterarji kbar u l-poeżija magħrufa ta’ Walt Whitman. Il-mistiedna Maltin, Għawdxin u barranin li attendew din l-attività ddiskutew numru ta’ xogħlijiet letterarji minn madwar id-dinja.

Din hi l-ewwel attività ta’ dan it-tip u saret fuq l-inizjattiva tal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono u ta’ l-Ambaxxatur Amerikan Douglas Kmiec. L-Ambaxxatur Kmiec qal li ‘l-Ambaxxata Amerikana hija sodisfatta li qed iġġib fil-gżira sabiħa ta’ Għawdex, kemm id-divertiment informali komuni fil-kultura Amerikana kif ukoll l-ispirtu li jistimula l-ħsieb dwar il-letteratura Amerikana permezz ta’ din l-attività fit-tradizzjoni ta’ lejla sajfija Amerikana. Jien kburi li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ambaxxata Amerikana qed jiċċelebraw din l-ewwel festa Għawdxija-Amerikana flimkien, u nittama li din issir tradizzjoni annwali”.

Waqt li tat merħba lil dawk preżenti, il-Ministru għal Għawdex faħħret l-inizjattiva ta’ l-Ambaxxata Amerikana u qalet li din żgur se ssaħħaħ ir-rabta bejn l-Ambaxxata Amerikana f’Malta u ċ-ċittadini Amerikani residenti f’Għawdex. Il-Ministru spjegat kif għadd ta’ emigranti Għawdxin li rritornaw f’Għawdex għadhom marbuta ma’ l-Istati Uniti permezz tal-familjari u ħbieb li għadhom jgħixu l-Amerika. Il-Ministeru għal Għawdex jikkollabora ma’ ambaxxati barranin sabiex jiffaċilita s-servizzi u l-proċeduri li r-residenti Għawdxin ikollhom bżonn minn żmien għall-ieħor. B’dan il-mod, għal dawn l-aħħar sentejn, l-Ambaxxata Amerikana kull xahar qed toffri servizzi mill-Konslu Amerikan ġewwa l-Ministeru għal Għawdex. Dan irriżulta f’servizzi aħjar b’inqas xkiel għal dawk li jkunu bżonn l-għajnuna. Il-Ministru Giovanna Debono esprimiet it-tama tagħha li aktar kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta, tirriżulta f’aktar opportunitajiet għar-residenti Għawdxin speċjalment fil-qasam kulturali u dak edukattiv.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow