Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

PR1152
Date Icon 22/06/2010

Ir-rata tal-kanċer fix-Xlokk ta’ Malta hi anqas mill-medja nazzjonali.

B’referenza għall-artikli li dehru fl-Orizzont u f’The Malta Today dwar mard tal-kanċer fix-Xlokk ta’ Malta, minn statistika miġbura mir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet, fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, jirrizulta li, matul il-firxa ta’ snin 2000 sa 2008, il-lokalità ta’ Birżebbuġa kellha medja ta’ 13-il mewt fis-sena minħabba l-kanċer.   Dawn is-snin intgħażlu biex wieħed iħalli żmien biżżejjed sabiex xi kanċer li seta’ rriżulta fuq medda ta’ snin jilħaq jingħaraf u jinqabad mis-servizzi tas-saħħa.

Meta wieħed jaħdem ir-rata ta’ mwiet bil-kanċer fuq il-popolazzjoni ta’ Birżebbuġa, din tammonta għal medja ta’ 17-il mewt fis-sena kull 10,000 persuna.  Din ic-cifra, hi anqas mir-rata nazzjonali li hi ta’ 19-il mewt fis-sena kull 10,000 persuna.  Fil-fatt kemm din iċ-ċifra ta’ B’Bugia, kif ukoll dik tar-reġjun kollu tax-Xlokk ta’ Malta (16.5 mewt fis-sena kull  10,000 persuna), jirriżultaw li huma anqas mir-rata nazzjonali b’mod sinjifikanti.  Din ir-rata hija fil-fatt l-inqas waħda minn tar-reġjuni kollha ta’ Malta u Għawdex.  Id-definizzjoni Ewropeja (NUTS) tax-Xlokk ta’ Malta tinkludi ż-Żurrieq, Ħal-Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal-Safi, l-Gudja, Birżebbuġa, Marsaxlokk, iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar. ix-Xgħajra u Wied il-Għajn.

Għaldaqstant, fil-lokalità ta’ Birżebbuġa u fl-inħawi ta' madwar, ir-rata tal-kancer hi anqas mill-medja nazzjonali u ma jirrizultax li l-irmied li saret referenza għalih seta' kkawza zidiet fir-rati tal-kancer.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow