STQARRIJA TAL-GVERN B’REFERENZA GĦAL-ATTAKKI TAL-GREENPEACE FUQ GAĠEĠ TAT-TONN T’OPERATURI MALTIN
PR1105
13/06/2010
Il-Gvern Malti jirreferi għall-inċidenti li seħħew illum fejn attivisti tal-Greenpeace attakkaw attivitajiet legali li kienu qed jitwettqu minn operaturi Maltin tal-akwakultura.
Il-Gvern itenni li dawn huma operazzjonijiet li qed isiru b’mod legali skond ir-regolamenti tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas), u tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk dawn l-operazzjonijiet qed jiġu osservati u spezzjonati mill- ispetturi tal-istess ICCAT u tal-Unjoni Ewropea. Il-ħut li hemm fil-gaġeġ tal-operaturi Maltin huwa hut maqbud f’operazzjoni legali u li jifforma parti mil-kwoti stabbiliti mill-ICCAT.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990