Left arrow Go Back

IL-MINISTRU CRISTINA F’LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI EWROPEJ

PR1076
Date Icon 09/06/2010

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina attendiet għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-Impjiegi, is-Sigurta’ Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur li saret it-Tnejn li għadda fil-Lussemburgu.

Matul din il-laqgħa l-Ministri tal-istati membri qablu dwar mira importanti biex sa l-2020 jerfgħu mir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, 20 miljun persuna.  Din il-mira mistennija tkun ikkonfermata fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li se ssir fis-17 ta’ dan ix-xahar.  Wara din il-konferma Malta tkun mistennija li  tistabilixxi mira nazzjonali a bażi ta’ indikaturi rilevanti u meħud kont taċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet nazzjonali.

Fl-istess laqgħa, il-Ministri approvaw ukoll deċiżjonijiet biex jimplimentaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fil-qasam tas-Sigurtà Soċjali tal-Kroazja, Iżrael, il-Macedonia, it-Tuneżija, il-Marokk u l-Alġerija. 

Din il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri kienet importanti wkoll għall-kontribuzzjoni li għamlet fid-dawl tal-Kunsill Ewropew li jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla fejn il-mexxejja tal-istati membri jiltaqgħu fi tmiem il-Presidenza Spanjola.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow