STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Jirrepeti allegazzjonijiet mhux fondati dwar il-każ tal-Gozo Channel
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat qiegћed jagћmel tiegћu allegazzjonijiet li diġà kienu miċћuda u li rriżultaw li kienu infondati.
L-allegazzjonijiet tal-Kaptan Mario Grech kienu infondati u mhux veritieri. Din hija l-aktar konklużjoni evidenti tar-rapport tal-bord ta’ inkjesta indipendenti. Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment nhar il-Ġimgha ċaћad ukoll allegazzjonijiet oћra li gћamel l-istess Kaptan. Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ qiegћed jibbaża l-argument tiegћu dwar dan il-każ fuq dawn l-istess allegazzjonijiet li diġà ġew miċћuda.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat kompla jibbaża l-argument tiegћu fuq dak li jisma’ mill-media tal-Partit Laburista li rrappurtat allegazzjonijiet infondati tal-Kaptan Grech.
Joseph Muscat rrefera gћall-allegazzjonijiet li l-Bord ta’ Inkjesta kien magћmul minn membri li jirrispondu lill-Ministeru tal-Finanzi, u li membru minnhom, kif qal il-Kaptan Grech kellu xi konflitt ta’ interess.
Fi stqarrija ppubblikata l-Ġmgћa, u li qed tiġi annessa ma’ din l-istqarrija, il-Ministeru elenka l-ismijiet tal-membri tal-Bord, li kien jinkludi wkoll uffiċjal tal-Forzi Armati, Kaptan Master Mariner u lecturer l-Università, avukat u ex-impjegat tas-servizz pubbliku.
Joseph Muscat jirrepeti wkoll li membru minnhom, kif qal Kapt Grech, kellu xi konflitt ta’ interess gћaliex kien intervistah “ftit tax-xhur ilu”. Filwaqt li Joseph Muscat ma ddejjaqx jaqbad din l-allegazzjoni, ma ћassx il-bżonn li jfakkar li l-persuna in kawża l-bieraћ ċaћdet dawn l-allegazzjonijiet u spjegat li fil-fatt dik l-intervista saret snin ilu.
... / ... pr1051.pdf
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990