Left arrow Go Back

KAMPANJA TA’ TINDIF FIL-MANIKATA

PR1058
Date Icon 06/06/2010

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jiġbor mal-20 trakk skart u materjal ieħor f’żewġ kampanji ta’ tindif li jorganizza kull sena fl-inħawi tal-Manikata. Waħda minn dawn iż-żewg kampanji saret matul in-nofs ta’ nhar ta’ filghodu tal-bierah is-Sibt 5 ta’ Ġunju, bil-parteċipazzjoni tal-għaqdiet kollha tal-Mellieħa u bis-sehem ta’ 16-il żagħżugħ mill-Polonja li qed jieħdu sehem fi proġett Ewropew dwar l-Ambjent.

Għall-attivita’, li tagħmel parti mill-Kampanja Lokalitajiet Indaf u maħsuba biex tfakkar Jum l-Ambjent 2010, attenda s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said li rrikonoxxa l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li jħares l-ambjent fil-Manikata u f’zoni oħra rurali li jinsabu fil-konfini tal-lokalita’.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali llum qed jitgħallmu jkunu pro-attivi f’oqsma differenti b’mod partikolari fejn jidħol l-ambjent. Aktar minn 60 Kunsill Lokali, li jinkludu l-Kunsilli Lokali f’Għawdex, iħaddmu skemi ta’ mmanniġġjar ta’ skart separat. Permezz tagħhom qed iwasslu informazzjoni lir-residenti, qed iżidu l-bring-in-sites, u konsegwentement qed jiżdied it-tunnellaġġ ta’ skart separat li qed jinġabar f’dawn l-istess lokalitajiet.

Is-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar elenka d-diversi inizjattivi favur l-ambjent li qed jittieħdu mill-Kunsill Lokali. L-aktar li spikkat f’dawn l-aħħar xhur kien ir-riżultat miksub mill-Kunsill Lokali u mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex fil-Mellieħa hemm żewg bajjiet klassifikati bħala tnejn tal-ogħla livell. Qed issir ħidma wkoll biex f’qasir żmien il-bajja tal-Għadira wkoll tilħaq l-ogħla livelli possibbli fil-kwalita’, l-indafa, is-servizzi, u l-aċċessibbilta’ u b’hekk tingħata l-Blue Flag.

Robert Cutajar qal li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa llum hu membru fil-bord tat-tmexxija tal-Park tal-Majjistral u qed jaħdem biex dawn l-inħawi jagħtu l-kontribut neċessarju u jservu bħala l-valur miżjud tal-pakkett turistiku li joffru l-gżejjer Maltin. Fl-istess ħin ikunu qed jitħarsu l-interessi tar-residenti tal-Manikata li fil-maġġoranza l-kbira minnhom jaqilgħu l-għixien tagħhom mill-agrikoltura u mis-sajd. Is-Sindku tal-Mellieħa fakkar li l-Kunsill Lokali għandu sitt applikazzjonijiet quddiem il-MEPA biex zoni rurali fil-Mellieħa u fil-Manikata jinbidlu fi stat aħjar milli jinsabu llum u jitgawdew mill-Maltin u mit-turisti.

DOI – 06.06.2010

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow