Left arrow Go Back

INIZJATTIVI FAVUR BILANĊ AĦJAR BEJN IL-FAMILJA U X-XOGĦOL

PR1050
Date Icon 04/06/2010

Il-politika tal-Gvern hi li jintroduċi aktar inizjattivi favur il-familja biex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-familja u x-xogħol u li aktar ħaddiema jgawdu minn dawn l-inizjattivi.  L-inizjattivi favur il-familja li bdew fis-Servizz Pubbliku ġew mifruxa wkoll fis-Settur Pubbliku biex aktar ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-inizjattivi.

Għaldaqstant jekk f’interviews li qed isiru għal skrivani fis-Servizz Pubbliku hemm min qiegħed jagħmel “mistoqsijiet relatai mal-familja u jekk persuna hiex bi ħsieb tidħol mal-Gvern minħabba miżuri favur il-familja”, qiegħed imur kontra l-policies tal-Gvern, kontra l-ispirtu ta’ leġislazzjonijiet u regolamenti li saru favur il-ħaddiema u l-familji u kontra regolamenti tas-Servizz Pubbliku.

Il-Gvern jaqbel mal-UĦM li “dawn it-tip ta’ mistoqsijiet mhumiex aċċettabbli”, u għaldaqstant qiegħed jistieden u jħeġġeġ lill-UĦM u lil kull min sarulu mistoqsijiet ta’ dan it-tip biex jagħmel kuntatt mal-Uffiċċju tas-Segretarju Prinċipali Ewlieni fuq pps@gov.mt biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jittieħdu l-passi kollha li hemm bżonn.

Fost l-inizjattivi favur il-familja, il-ħaddiema jistgħu jaħdmu ġimgħa ta’ sigħat imnaqqsa, jagħmlu xogħol b’teleworking, jieqfu temporanjament għal career break, responsibility leave biex jieħdu ħsieb ħaddieħor, adoption leave, fostering leave, parental leave jew maternity leave.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow