IS-SINJURA ABELA TQASSAM FONDI TAL-LEAVING CHILDREN’S HOME BENEFIT FUND (LCHBF)
Zghazagh li kienu eligibbli sabiex jibbenefikaw mill-LCHBF, illum iltaqghu mas-Sinjura Abela fil-Palazz ta’ San Anton fejn inghatat lilhom donazzjoni minn dan il-fond.
Dan il-fond li huwa amministrat mill-Malta Community Chest Fund huwa ffokat specifikament lejn dawk it-tfal li jkunu jghixu f’Istituti u djar tat-tfal. Meta dawn it-tfal jilhqu l-eta’ sabiex jibdew il-hajja taghhom b’mod indipendenti - ta’ 18-il sena - tinghatalhom somma minn dan il-fond.
Tul l-ahhar sena sar xoghol sabiex jigu riveduti l-linji gwida ta’ dan il-fond u sabiex dawn it-tfal jigu mghejjuna jkomplu l-istudji taghhom wara li jkunu ghalqu t-18-il sena.
Wiehed mill-punti ewlenin li kienu ntrodotti, kien proprju l-fatt li jithajru aktar zghazagh ikomplu l-istudji taghhom billi tincentivahom, tinkoraggihom u tghinhom sabiex ikomplu jtejbu l-livell edukattiv tul il-hajja taghhom.
Il-Kumitat ta’ dan il-fond huwa ppresedut mis-Sinjura Sonia Camilleri.
Is-Sinjura Margaret Abela ipprezentat somma ta’ flus lil kull persuna li bbenifikat minn dan il-fond.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990