Left arrow Go Back

DISKORS MILL-O. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA, FL-OKKAZJONI TAL-GĦOTI TA’ WARRANTS U AWARDS LILL-ĦADDIEMA SOĊJALI – IL-BELT VALLETTA -  31 TA’ MEJJU 2010

PR1008
Date Icon 01/06/2010

Hu ta’ sodisfazzjon kbir għalija li ninnota li l-Bord għall-Professjoni tal-Ħaddiema Soċjali u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ħaddiema Soċjali qed jaħdmu id f’id biex iġibu ‘l quddiem din il-professjoni relattivament żagħżugħa li fl-aħħar 20 sena kibret u mxiet ‘l quddiem.

Il-ħidma soċjali taf il-bidu tagħha fit-taqbida tas-soċjeta’ biex tegħleb il-faqar u l-problemi li jġib miegħu. Faqar fid-diversi forom tiegħu.  Għalkemm dan ix-xogħol fl-imgħoddi kien intrinsikament marbut mal-karita’ il-lum inħarsu lejħ minn perspettiva ferm usa’.  Il-kunċett tal-karita’ hu antik daqskemm hu antik il-bniedem u l-prattika li jkun megħjun il-fqir għandha għeruq f’kull ċivilta’ antika u f’kull reliġjon. Fl-imgħoddi, u għadu hekk sal-lum, il-Knisja tat sehem sħiħ fil-qasam soċjali u waqqfet u mexxiet istituzzjonijiet ta’ kura jew edukattivi u bniet anke djar biex tgħin lill-fqir u lil dawk żvantaġġjati.

Aktar qrib tagħna il-Gvernijiet fehmu li huma wkoll kellhom jindaħlu biex jgħinu f’dan il-piż li kull soċjeta’ trid iġġorr.  Għalhekk inbnew l-iskejjel tal-Gvern, djar tal-Gvern, l-edukazzjoni saret b’xejn u obbligatorja u bdew jidħlu anke servizzi soċjali.

Il-lum qed nirrealizzaw li l-problemi soċjali ma humiex biss il-faqar materjali li b’xorti tajba qed ikun eradikat u ma għadekx tara tlaleb fit-toroq.  Iżda hemm problemi oħra li qed jifnu lis-soċjeta’ u għalhekk il-ħtieġa ta’ ħaddiema soċjali mħarrġa. Ħaddiema li jifhmu l-kumplessita tal-interazzjoni bejn il-bniedem u l-ambjent li jgħix fih u l-kapaċita tal-individwu kemm li jkun affetwat mid-diversi influwenzi, inkluż fatturi psiko-soċjali u li jdawwar dawn l-isfidi f’opportunitajiet.  Il-professjoni tal-ħaddiema soċjali tibbaża fuq l-iżvilupp tal-bniedem u s-sistema soċjali biex tanalizza s-sitwazzjonijiet kumplessi li kultant dawk vulnerabbli jsibu ruħhom fihom u tgħinhom jinbidlu.

Issa għandna madwar 300 ħaddiem soċjali kwalifikat. Kwalifika li filwaqt li tgħolli l-istatus tagħkom bħala professjonisi u tax-xogħol li tagħmlu, fl-istess ħin ġġor magħha ħafna responsabbilta’ fis-servizz li tagħtu lil dawk li jkunu bżonn l-għajnuna tagħkom.  Lil dawk vulnerabbli, kemm jekk tfal abbużati jew traskurati, ommijiet mhux miżżewġa, nies bi problemi ta’ droga, ta’ xorb, ta’ logħob, vittmi tal-użura, persuni msawwta jew abbużati, vittmi jew aġenti ta’ bullying, anzjani minsija minn qrabathom u tant gwaj ieħor, irridu nagħtuhom l-aqwa servizz biex ngħinuhom joħorġu minn dawn il-problemi u jintegraw ruħhom mill-ġdid f’soċjeta li tilqagħhom b’idejha miftuħa.

Kull persuna li tiġi bżonn is-servizzi tagħkom hi mitlufa għas-soċjeta’ jekk bil-ħidma tagħkom ma jirnexxilniex inrodduha lura lis-soċjeta’ u l-familja tagħha.  Daqshekk hi kbira r-responsabbilta’ tagħkom.

Il-Gvern u l-pajjiż jirrikonoxxu l-ħidma imprezzabbli tagħkom u għalhekk f’dawn l-aħħar snin sar investiment qawwi f’dan il-qasam.  Minkejja dan, nagħrfu li għad għandna strutturi li rridu nsaħħu jew nibnu mill-ġdid.  Fuq dan qed naħdmu ukoll.

Fil-leġislatura li għaddiet wettaqna diversi bidliet fil-liġijiet, fassalna politika soċjali aħjar u introduċejna servizzi soċjali ġodda.  Tajnikom f’idejkom għodda li permezz tagħha tistgħu twettqu dmrikom aħjar.  Nirreferi għall-Att dwar il-Kummissarju tat-Tfal, il-Liġi dwar il-Ħaddiema Soċjali, il-Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija, l-Att dwar il-Vjolenza Domestika, l-Att dwar l-Għaqdiet Volontarji, il-Liġi dwar il-Fostering, u oħrajn.

Madankollu xorta tinħass il-ħtieġa għal aktar bidliet u dawn qed nikkunsidrawhom, bħal fil-każ tal-Liġi tal-Adozzjoni.

Bħala Ministru li jien responsabbli wkoll mill-Edukazzjoni naf li intom taħdmu wkoll fil-qrib mal-qasam edukattiv.  Inħoss li din is-sinerġija fejn l-edukazzjoni u l-ħidma soċjali trid tkompli tikber biex inkomplu nkunu ta’ servizz għaċ-ċittadini żgħar tagħna li huma fost l-aktar vulnerabbli.

Il-ħidma tagħkom hi bżonnjuża wkoll fil-qasam tax-Xogħol.  Hemm numru ta’ nies li minħabba l-problemi li għandhom isibuha diffiċli li jsibu xogħol.  Lil dawn ukoll intom għandkom id-dover li tgħinu.

Qed ngħid dan kollu mhux biex taqtgħu qalbkom, iżda għax għandna fiduċja kbira fikom.  Ma għandix dubju li dħaltu għal din il-professjoni, mhux għax sempliċement ridtu ssibu mpjieg għax kieku kontu tfittxu xogħol aktar komdu u b’anqas responsabbilta’.  Dħaltu għal dan ix-xogħol għax temmnu u tridu li tkunu ta’ servizz għal ħaddieħor.  U għal dan il-pajjiz jirringrazzjakom u jkunilkom grat.

Nawguralkom ħidma fejjieda u futur mill-isbaħ.

Press Releases

DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA, FL-OKKAZJONI TAL-GĦOTI TA’ WARRANTS U AWARDS LILL-ĦADDIEMA SOĊJALI – IL-BELT VALLETTA -  31 TA’ MEJJU 2010

Soċjeta’ moderna għandha taħdem biex ittejjeb il-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha u tfittex li tiżviluppa l-potenzjal sħiħ ta’ kull individwu, grupp jew komunita’ fi ħdanha. Billi f’kull soċjeta’ jeżistu individwi jew gruppi vulnerabbli jew żvantaġġjati, biex il-mira li semmejt tintlaħaq hemm bżonn ta’ ħaddiema soċjali biex jgħinu lil dawn in-nies vulnerabbli jegħlbu d-diffikultajiet tagħhom biex huma wkoll ikollhom kwalita’ ta’ ħajja aħjar u jilħqu l-milja tal-potenzjal tagħhom.

Dan hu xi tfisser il-professjoni u l-vokazzjoni tal-ħaddiema soċjali.  U llum iltqajna biex niċċelebraw ix-xogħol tal-Ħaddiema Soċjali billi qed niġbru flimkien żewġ attivitajiet f’waħda.  Se nagħtu “warrants” jew liċenzja lil 46 ħaddiema soċjali gradwati u allura nirrikonoxxu l-professjoni tagħhom u se nippremjaw ukoll lil tmien (8) ħaddiema soċjali ieħor li bil-ħidma tagħhom spikkaw fl-oqsma tax-xogħol rispettiv tagħhom.

Hu ta’ sodisfazzjon kbir għalija li ninnota li l-Bord għall-Professjoni tal-Ħaddiema Soċjali u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ħaddiema Soċjali qed jaħdmu id f’id biex iġibu ‘l quddiem din il-professjoni relattivament żagħżugħa li fl-aħħar 20 sena kibret u mxiet ‘l quddiem.

Il-ħidma soċjali taf il-bidu tagħha fit-taqbida tas-soċjeta’ biex tegħleb il-faqar u l-problemi li jġib miegħu. Faqar fid-diversi forom tiegħu.  Għalkemm dan ix-xogħol fl-imgħoddi kien intrinsikament marbut mal-karita’ il-lum inħarsu lejħ minn perspettiva ferm usa’.  Il-kunċett tal-karita’ hu antik daqskemm hu antik il-bniedem u l-prattika li jkun megħjun il-fqir għandha għeruq f’kull ċivilta’ antika u f’kull reliġjon. Fl-imgħoddi, u għadu hekk sal-lum, il-Knisja tat sehem sħiħ fil-qasam soċjali u waqqfet u mexxiet istituzzjonijiet ta’ kura jew edukattivi u bniet anke djar biex tgħin lill-fqir u lil dawk żvantaġġjati.

Aktar qrib tagħna il-Gvernijiet fehmu li huma wkoll kellhom jindaħlu biex jgħinu f’dan il-piż li kull soċjeta’ trid iġġorr.  Għalhekk inbnew l-iskejjel tal-Gvern, djar tal-Gvern, l-edukazzjoni saret b’xejn u obbligatorja u bdew jidħlu anke servizzi soċjali.

Il-lum qed nirrealizzaw li l-problemi soċjali ma humiex biss il-faqar materjali li b’xorti tajba qed ikun eradikat u ma għadekx tara tlaleb fit-toroq.  Iżda hemm problemi oħra li qed jifnu lis-soċjeta’ u għalhekk il-ħtieġa ta’ ħaddiema soċjali mħarrġa. Ħaddiema li jifhmu l-kumplessita tal-interazzjoni bejn il-bniedem u l-ambjent li jgħix fih u l-kapaċita tal-individwu kemm li jkun affetwat mid-diversi influwenzi, inkluż fatturi psiko-soċjali u li jdawwar dawn l-isfidi f’opportunitajiet.  Il-professjoni tal-ħaddiema soċjali tibbaża fuq l-iżvilupp tal-bniedem u s-sistema soċjali biex tanalizza s-sitwazzjonijiet kumplessi li kultant dawk vulnerabbli jsibu ruħhom fihom u tgħinhom jinbidlu.

Issa għandna madwar 300 ħaddiem soċjali kwalifikat. Kwalifika li filwaqt li tgħolli l-istatus tagħkom bħala professjonisi u tax-xogħol li tagħmlu, fl-istess ħin ġġor magħha ħafna responsabbilta’ fis-servizz li tagħtu lil dawk li jkunu bżonn l-għajnuna tagħkom.  Lil dawk vulnerabbli, kemm jekk tfal abbużati jew traskurati, ommijiet mhux miżżewġa, nies bi problemi ta’ droga, ta’ xorb, ta’ logħob, vittmi tal-użura, persuni msawwta jew abbużati, vittmi jew aġenti ta’ bullying, anzjani minsija minn qrabathom u tant gwaj ieħor, irridu nagħtuhom l-aqwa servizz biex ngħinuhom joħorġu minn dawn il-problemi u jintegraw ruħhom mill-ġdid f’soċjeta li tilqagħhom b’idejha miftuħa.

Kull persuna li tiġi bżonn is-servizzi tagħkom hi mitlufa għas-soċjeta’ jekk bil-ħidma tagħkom ma jirnexxilniex inrodduha lura lis-soċjeta’ u l-familja tagħha.  Daqshekk hi kbira r-responsabbilta’ tagħkom.

Il-Gvern u l-pajjiż jirrikonoxxu l-ħidma imprezzabbli tagħkom u għalhekk f’dawn l-aħħar snin sar investiment qawwi f’dan il-qasam.  Minkejja dan, nagħrfu li għad għandna strutturi li rridu nsaħħu jew nibnu mill-ġdid.  Fuq dan qed naħdmu ukoll.

Fil-leġislatura li għaddiet wettaqna diversi bidliet fil-liġijiet, fassalna politika soċjali aħjar u introduċejna servizzi soċjali ġodda.  Tajnikom f’idejkom għodda li permezz tagħha tistgħu twettqu dmrikom aħjar.  Nirreferi għall-Att dwar il-Kummissarju tat-Tfal, il-Liġi dwar il-Ħaddiema Soċjali, il-Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija, l-Att dwar il-Vjolenza Domestika, l-Att dwar l-Għaqdiet Volontarji, il-Liġi dwar il-Fostering, u oħrajn.

Madankollu xorta tinħass il-ħtieġa għal aktar bidliet u dawn qed nikkunsidrawhom, bħal fil-każ tal-Liġi tal-Adozzjoni.

Bħala Ministru li jien responsabbli wkoll mill-Edukazzjoni naf li intom taħdmu wkoll fil-qrib mal-qasam edukattiv.  Inħoss li din is-sinerġija fejn l-edukazzjoni u l-ħidma soċjali trid tkompli tikber biex inkomplu nkunu ta’ servizz għaċ-ċittadini żgħar tagħna li huma fost l-aktar vulnerabbli.

Il-ħidma tagħkom hi bżonnjuża wkoll fil-qasam tax-Xogħol.  Hemm numru ta’ nies li minħabba l-problemi li għandhom isibuha diffiċli li jsibu xogħol.  Lil dawn ukoll intom għandkom id-dover li tgħinu.

Qed ngħid dan kollu mhux biex taqtgħu qalbkom, iżda għax għandna fiduċja kbira fikom.  Ma għandix dubju li dħaltu għal din il-professjoni, mhux għax sempliċement ridtu ssibu mpjieg għax kieku kontu tfittxu xogħol aktar komdu u b’anqas responsabbilta’.  Dħaltu għal dan ix-xogħol għax temmnu u tridu li tkunu ta’ servizz għal ħaddieħor.  U għal dan il-pajjiz jirringrazzjakom u jkunilkom grat.

Nawguralkom ħidma fejjieda u futur mill-isbaħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow