STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
L-ALLEGAZZJONIJIET TAL-KAPTAN GRECH KIENU INFONDATI U MHUX VERITIERI
L-allegazzjonijiet tal-Kaptan Mario Grech kienu infondati u mhux veritieri. Din hija l-aktar konklużjoni evidenti tar-rapport tal-bord ta’ inkjesta indipendenti maћtur mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech dwar l-allegazzjonijiet li l-istess Kaptan Grech gћamel dwar numru ta’ oqsma marbuta mal-kumpanija Gozo Channel.
Ir-rapport se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Parlament illejla.
Il-Kaptan Grech kien allega li ma kienx qed jingћata ћin biex jagћmel id-drills, inkluż fl-inċident partikolari msemmi minnu fis-16 ta’ Settembru 2009. Irriżulta li dan assolutament mhux minnu. Ma kienx minnu wkoll li kien qiegћed jiġi mġiegћel jopera l-vapur mingћajr ma jingћata l-mezzi biex jivverefika.
Instab ukoll li l-allegazzjonijiet u s-sitwazzjoni impenġija minnu dwar l-apparat ta’ salvataġġ u sigurtà kif ukoll dwar it-tagћbijiet eċċessivi wkoll kienu infondati.
Akkuża serja oћra li l-Kaptan Grech gћamel dwar il-kumpanija kienet dwar il-passi li ћadet il-Gozo Channel dwar il-każ tal-Legionella. Hawn, l-investigazzjoni wriet li mhux talli l-Gozo Channel ma kaxkritx saqajha iżda mxiet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saћћa fl-interess tas-saћћa u s-sigurtà tal-ћaddiema tagћha kif ukoll ta’ dawk li jivvjaġġaw bil-vapuri tagћha.
Barra mill-eżitu ta’ din l-investigazzjoni, il-kumpanija hi regolata minn Transport Malta u hija awditjata minn Bureau Veritas, li regolarment iċċertifikaw li l-proċeduri u s-sistemi tal-kumpanija huma skond il-ћtiġijiet statutorji u l-istandards internazzjonali applikabbli.
Mill-investigazzjoni ma jirriżultax li kien hemm xi diskriminazzjoni fil-konfront tal-Kaptan dwar it-tqassim tal-overtime u allowances.
Fl-aћћar, dwar il-kwistjoni tal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat falz, jidher li fil-fatt dan iċ-ċertifikat kien falz, u l-pulizija qed tinvestiga l-każ. Il-persuna responsabbli m’gћadhiex taћdem mal-Gozo Channel. Billi l-kwalifiki tal-persuna konċernata mhumiex veritieri, dik il-promozzjoni trid tiġi rtirata b’mod immedjat u l-persuna kkonċernata għandha tiġi sospiża. Wara l-eżitu tal-investigazzjoni tal-pulizija, tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dixxiplinari.
B’konsiderazzjoni ta’ dan kollu, għajr dik marbuta mal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat falz, huwa ċar li l-allegazzjonijiet serji li gћamel il-Kaptan Grech ma kienux veritiera.
Il-Ministru ћa wkoll nota ta’ numru ta’ konklużjonijiet oћra li huma ntiżi biex iwasslu titjib fl-operat tal-Gozo Channel. Fosthom, gћandu jkun hemm titjib fuq is-sistema ta’ kif jiġu kkontrollati x-shifts, gћandhom jiġu ċċarati ir-regolamenti dwar il-ћinijiet ta’ mistrieћ, jittieћdu miżuri aktar stretti fuq kontrol ta’ tagћbija, u jiddaћћlu proċeduri dwar inġaġġ u promozzjoni li gћandhom ikunu miktubin u skond proċeduri li gћandha timxi fuqhom entità governattiva.
Kopja tar-rapport tista’ tinkiseb mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990