85 FTEHIM F’26 XAHAR BEJN IL-GVERN MALTI U PAJJIŻI OĦRA
Dawn il-ftehim għandhom l-għan li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi u fl-istess ħin iservu ta’ bażi biex ikun iġġenerat iktar interess f’pajjiżna. Intant bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta assistew ‘il fuq minn 650 kuntatt minn investituri u nies fin-negozju li urew interess f’Malta. Dawn iċ-ċifri inġabru mid-diversi Ambaxxati u Konsulati li jirrapreżentaw lill-Malta internazzjonalment. Dawn ir-riżultati posittivi jenfasizzaw ir-rwol kruċjali li għandhom l-ambaxxati Maltin fit-tkattir tal-investiment u fil-ħolqien tax-xogħol.
Flimkien ma’ din l-għajnuna u l-bosta għajnuniet konsulari oħra, l-Ambaxxati jieħdu diversi inizjattivi biex jibdew kuntatti ġodda u jsegwu kuntatti oħrajn li jkunu inbnew matul iż-żmien.
Fost l-iktar kuntatti li jirċievu l-Ambaxxati, hemm interess qawwi minn kumpaniji kbar f’oqsma differenti, fosthom dawk fis-servizzi finanzjarji, fl-industrija farmaċewtika, is-settur ċinematografiku, fit-tagħlim tal-Ingliż, fil-qasam tal-IT u fit-turiżmu. L-Ambaxxati u l-Konsulati iservu bħala l-ewwel tarġa għal min jixtieq jinvesti f’Malta.
L-Ambaxxati permezz tal-persuni mpjegati magħhom, li huma mħarrġa fil-mod kif jindirizzaw dawn it-talbiet, isegwu mill-qrib, ħafna drabi mal-Malta Enterprise, biex jingħata l-aħjar servizz possibbli. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jaħdem ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħrajn f’Malta f’dan il-qasam, fosthom, mal-Finance Malta, mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża, mal-GRTU u oħrajn.
Eżempju ta’ din il-kollaborazzjoni huma d-diversi delegazzjonijiet kummerċjali li jiġu mistiedna Malta. Fl-aħħar ġimgħat ġew Malta delegazzjonijiet mill-Ġermanja, bil-ħidma tal-Ambaxxata Maltija f’Berlin u tal-Malta Enterprise. F’Mejju ta’ din is-sena ġiet Malta għall-ewwel darba Delegazzjoni Kummerċjali mill-Palestina, li matul iż-żjara kellha laqgħat mas-settur kummerċjali Malti. Din iż-żjara seħħet bis-sehem fost l-oħrajn tar-Rappreżentanza Maltija f’Ramallah.
Ħidma oħra hija l-għajnuna li tingħata lil dawk il-Maltin fil-bżonn, b’mod partikolari lill-pazjenti Maltin li jitilgħu l-Ingilterra għal xi operazzjonijiet. Il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra minn Jannar sa’ April ta’ din is-sena assistiet 300 pazjent Malti. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iqis dan is-servizz bħala wieħed sensittiv ħafna u għaldaqstant jimpjega persuna imħarrġa apposta biex issegwi dawn il-każijiet u tagħti l-għajnuna meħtieġa.
Press Releases
85 FTEHIM F’26 XAHAR BEJN IL-GVERN MALTI U PAJJIŻI OĦRA
F’din il-leġislatura l-Gvern Malti iffirma jew irratifika 85 ftehim bilaterali ma’ bosta pajjiżi. Dawn se jkunu qed isaħħu r-rabtiet bilaterali ta’ pajjiżna ma’ bosta pajjiżi oħrajn u fl-istess waqt iservu ta’ għodda għal min jixtieq ikabbar l-interessi tiegħu barra minn pajjiżu.
Dawn il-Ftehim jikkonsistu f’19-il wieħed fil-Ħelsien mit-Taxxa Doppja; Zewġ Ftehim dwar it-Tneħħija tal-Viża; Ħames ftehim fil-qasam tas-Saħħa; Tlett ftehim li jgħin il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investiment; tmien ftehim kontra t-traffikar tad-Droga u l-Kriminalità Organizzata; Ftehim dwar is-servizzi tal-Ajru; Ftehim fil-qasam tat-Turizmu u 40 ftehim ieħor li jkopri oqsma differenti.
Dawn il-ftehim għandhom l-għan li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi u fl-istess ħin iservu ta’ bażi biex ikun iġġenerat iktar interess f’pajjiżna. Intant bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta assistew ‘il fuq minn 650 kuntatt minn investituri u nies fin-negozju li urew interess f’Malta. Dawn iċ-ċifri inġabru mid-diversi Ambaxxati u Konsulati li jirrapreżentaw lill-Malta internazzjonalment. Dawn ir-riżultati posittivi jenfasizzaw ir-rwol kruċjali li għandhom l-ambaxxati Maltin fit-tkattir tal-investiment u fil-ħolqien tax-xogħol.
Flimkien ma’ din l-għajnuna u l-bosta għajnuniet konsulari oħra, l-Ambaxxati jieħdu diversi inizjattivi biex jibdew kuntatti ġodda u jsegwu kuntatti oħrajn li jkunu inbnew matul iż-żmien.
Fost l-iktar kuntatti li jirċievu l-Ambaxxati, hemm interess qawwi minn kumpaniji kbar f’oqsma differenti, fosthom dawk fis-servizzi finanzjarji, fl-industrija farmaċewtika, is-settur ċinematografiku, fit-tagħlim tal-Ingliż, fil-qasam tal-IT u fit-turiżmu. L-Ambaxxati u l-Konsulati iservu bħala l-ewwel tarġa għal min jixtieq jinvesti f’Malta.
L-Ambaxxati permezz tal-persuni mpjegati magħhom, li huma mħarrġa fil-mod kif jindirizzaw dawn it-talbiet, isegwu mill-qrib, ħafna drabi mal-Malta Enterprise, biex jingħata l-aħjar servizz possibbli. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jaħdem ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħrajn f’Malta f’dan il-qasam, fosthom, mal-Finance Malta, mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża, mal-GRTU u oħrajn.
Eżempju ta’ din il-kollaborazzjoni huma d-diversi delegazzjonijiet kummerċjali li jiġu mistiedna Malta. Fl-aħħar ġimgħat ġew Malta delegazzjonijiet mill-Ġermanja, bil-ħidma tal-Ambaxxata Maltija f’Berlin u tal-Malta Enterprise. F’Mejju ta’ din is-sena ġiet Malta għall-ewwel darba Delegazzjoni Kummerċjali mill-Palestina, li matul iż-żjara kellha laqgħat mas-settur kummerċjali Malti. Din iż-żjara seħħet bis-sehem fost l-oħrajn tar-Rappreżentanza Maltija f’Ramallah.
Ħidma oħra hija l-għajnuna li tingħata lil dawk il-Maltin fil-bżonn, b’mod partikolari lill-pazjenti Maltin li jitilgħu l-Ingilterra għal xi operazzjonijiet. Il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra minn Jannar sa’ April ta’ din is-sena assistiet 300 pazjent Malti. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iqis dan is-servizz bħala wieħed sensittiv ħafna u għaldaqstant jimpjega persuna imħarrġa apposta biex issegwi dawn il-każijiet u tagħti l-għajnuna meħtieġa.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990