Left arrow Go Back

STQARRIJA TA L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR0995
Date Icon 30/05/2010

L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU JIĊĦAD DAK LI QAL L-AGENT MEXXEJ LABURISTA

Hu għajb li l-oppozizzjoni laburista bl-aktar mod irresponsabbli qed taghmel dikjarazzjonijiet dwar materja li taf li l-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jaghmel investigazzjoni dwarha.

Din mhix l-ewwel darba li l-oppozizzjoni b’dikjarazzjonijiet pubblici pruvat tfixkel dak li kienet qed taghmel il-Pulizija.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija bdew wara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga, hekk kif kien infurmat b’allegazzjonijiet li saru. 

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal darb’oħra jerġa jiċħad dak li vvintat l-oppozizzjoni laburista li l-Prim Ministru dam 8 xhur biex jinforma lill-PulizIja dwar l-allegazzjoni.  Din hi gidba, li diga giet michuda meta qalha l-ewwel darba l-Kap tal-Oppozizzjoni fid-19 ta’ Mejju li ghadda.  Anglu Farrugia dal-ghodu rega irrepeta dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni, li ghal darb’ohra qed terga tigi michuda bl-aktar mod kategoriku.

L-Ufficcju tal-Prim Ministru jinnota li minkejja li l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ezatt qabel mar l-Awstralja qal li kien ilu jaf b’allegazzjonijiet, hu qatt ma ghadda dak li kien jaf lill-Pulizija biex jinvestigaw.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow