Left arrow Go Back

KAMPANJA EWROPEA DWAR SIGURTÀ FIL-MANUTENZJONI: DISKORS MILL-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ – VALLETTA – 27 TA’ MEJJU 2010

PR0976
Date Icon 27/05/2010

Premju Ewropej ghal-Prattika Tajba

Bhala rikonoxximent ghall-kontribut pożittiv fil-qasam tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol minn intrapriżi/organizzazzjonijiet, l-Agenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa u fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) flimkien mal-Aworità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il Post tax-Xogħol (OHSA) qiegħda tilqa’ nominazzjonijiet għall-10 edizzjoni tal-Premjijiet Ewropej għal Prattika Tajba fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.  Dan il premju huwa wieħed mill-inizjattivi tal-Agenzija Ewropea, bħala parti mill-kampanja “Postijiet tax-xogħol li jgibu ’l quddiem is-Saħħa”.  L-iskema tal-premjijiet għas-snin 2010-2011 sejra tirrikonoxxi lil dawk l-intraprizi jew organizzazzjonijiet li jkunu għamlu kontribuzzjonijiet notevoli u innovattivi biex jintroduċu sistemi ta’ manutenzjoni mingħajr periklu.  In-nominazzjonijiet jiġu aġġudikati minn panel indipendenti.  Ir-rebbieħ/rebbieħa li ser jiġu imħabbra waqt ċerimonja li tiġi organizzata matul il-Ġimgħa Ewropea Ottubru 2010,  jintbgħat/jintbgħatu lill-Aġenzija Ewropea biex jikkompetu għal Premju Ewropej għal Prattika Tajba 2010-2011.

Barra li dawk magħżula jiġu rikonoxxuti għal rowl tagħhom fit-titjieb tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa, rappreżentant tagħhom jiġi mistiden biex jattendi għaċ-ċerminonja tal-għoti tal-premjijiet fi Spanja, u l-eżempji jiġu ppubblikati fi ktejjeb tal-Aġenzija li sejjer jitqassam mal-Ewropa kollha u jitpoġġa fuq is-sit eletroniku tal-EU-OHSA.  

L-Aġenzija Ewropea kklassifikat il Manuntenzjoni f`żewġ tipi, li huma:

·        Manuntenzjoni preventiva/proattiva – issir biex iżżomm xi ħaġa fi stat li tahdem.

·        Manuntenzjoni korrettiva/reattiva – it-tiswija ta` xi ħaġa biex terġa’ tibda taħdem.

Il-premjijiet ser jingħataw f`żewġ kategoriji, dawk l-intrapriżi/organizzazzjonijiet li jimpjegaw inqas minn 100 ħaddiem, u dawk li jimpjegaw 100 ħaddiem u aktar.

Formoli ta’ applikazzjoni flimkien ma’ fuljetti jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-OHSA http://www.ohsa.org.mt , jew mill offiċini tal-Awtorità.  L-applikazzjonijiet jagħlqu fil 31 ta’ Awissu 2010.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow