Left arrow Go Back

DISKORS MILL-O. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, FL-OKKAZJONI TAL-INAWGURAZZJONI U T-TBERIK TA’ STATWA ĠDIDA TA’ MATER DEI QUDDIEM L-ISPTAR MATER DEI – TAL-QROQQ – 25 TA’ MEJJU 2010

PR0962
Date Icon 25/05/2010

Eċċellenza, kollegi, ħbieb,

Illum inġbarna hawnhekk f’okkażjoni speċjali ħafna. L-Isptar Mater Dei issa ilu joffri servizz għal dawn l-aħħar tlett snin. Dan il-bini maestuż iħaddan fih l-aqwa ħaddiema fis-settur mediku, l-aktar teknoloġija sofistikata li tħabbatha ma’ l-aqwa sptarijiet barra minn pajjiżna, iżda sal-lum kellha xi ħaġa nieqsa, din l-istatwa li se ninawguraw illum.

Bħalma għidt f’okkażjoni oħra dan l-aħħar, kull wieħed u waħda minna jifhem li s-saħħa ta’ l-individwu ma’ tikkonsistix  biss  mill-funzjoni tajba tal-ġisem, imma s-saħħa għandha  dimensjonijiet oħra mportanti ħafna. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tfakkarna lkoll li l-aspett soċjali, il-fatturi psikoloġiċi, u d-dimensjoni spiritwali tal-ħajja ta’ l-individwu, KOLLHA jikkontribwixxu; u għaldaqstant jiddeterminaw is-saħħa ta’ l-individwu.

Illum, permezz ta’ din l-istatwa se nsaħħu l-aspett spiritwali tal-proċess tal-fejqan tal-morda. L-ispiritwalita’ m’għandiex bżonn statwi jew immaġni, imma bil-preżenza fiżika ta’ din l-istatwa qabel id-dħul prinċipali ta’ l-isptar, se nfakkru lil kull min jidħol hawn ġew li dan huwa sptar li jħaddan prinċipji nsara u li l-ispiritwalita` hija parti mill-proċess ta’ fejqan tal-morda tagħna.

L-istatwa tirrapprezenta lill-Madonna b'espressjoni ta' dieqa f'wiċċa, b'turija li qeda taqsam kompassjoni mal-marid waqt li b'ideja qeda tbierek lill-ħaddiema, il-morda u l-familjari tagħom huma u deħlin fl-isptar. Filwaqt li binha Ġesu b'idejh miftuha qiegħed jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha batuti, fid-daħla ta' l-isptar. Il-mantell tal-madonna jgħaddi jixref minn taħt saqajn il-bambin, b'sinifikat ta’ rispett divin kif jixhed l-isem ta’ l-istatwa u l-isptar innifsu: Mater Dei - Omm Alla 

L-istatwa monumentali hija opra artistika fil-bronz u ġiet ssawret fl-iskultura minn Christopher Ebejer, filwaqt li ġiet fonduta fil-bronż mill-fonderija Joseph Chetcuti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow