Left arrow Go Back

50 IMPJIEG ĠDID FIS-SETTUR TAL-KREATTIVITÀ

PR0961
Date Icon 25/05/2010

“L-ekonomija tal-kreattività għandha l-potenzjal li toħloq valur miżjud u aktar postijiet tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ. F’pajjiżna, huma bosta dawk li għandhom kapaċitajiet mill-aqwa li joħorġu b’ideat ġodda f’setturi bħar-reklamar, il-logħob diġitali, il-films u anke l-arti u l-kultura u dan jista’ jkun sors importanti ta’ attività ekonomika u opportunitajiet ġodda ta’ impjieg”.

Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt l-inawgurazzjoni tal-uffiċċji ta’ Market Handle, kumpanija ġdida fil-qasam tar-reklamar u l-marketing. Din il-kumpanija  diġà rreklutat numru ta’ impjegati biex tibda l-ħidma tagħha u mistennija tħaddem mal-ħamsin persuna sal-ewwel sitt xhur tal-operat tagħha.

Tonio Fenech qal li din l-okkażjoni waslet f’ġimgħa partikolari fejn l-Ewropa kollha qed tiċċelebra l-Intrapriżi ż-Żgħar u Medji u fejn l-enfasi f’pajjiżna għal matul dawn iċ-ċelebrazzjonijiet hija proprja l-ekonomija tal-kreattività. Dan il-qasam jinkludi firxa ta’ setturi, fosthom l-ICT, il-films u l-arti u d-diżinn fost l-oħrajn, u huwa sors importanti ta’ innovazzjoni. Kien għalhekk li fil-Budget għal din is-sena, l-Gvern għażel li jagħti importanza partikolari lil dan is-settur u għal dan l-għan se jkun qed iħabbar numru ta’ inizjattivi biex jinċentiva lil dan il-qasam fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow