Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU TAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ L-ONOR JOE CASSAR, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-BLOKK “PAPA ĠWANNI PAWLU II” ĠEWWA SAN VINĊENZ DE PAULE, ĦAL LUQA – IL-ĦADD,  23 TA’ MEJJU 2010.

PR0954
Date Icon 23/05/2010

Illum qegħdin jiġu nawgurati iżjed opportunatijiet biex diversi anzjani li ġejjin minn partijiet differenti ta` pajjiżna jsibu darhom hawn. L-għan huwa li, meta jkun meħtieġ, l-individwi jiġu akkomodati, daqs li kieku qegħdin f’darhom stess, hawnhekk, ġewwa din ir-residenza.  

Bl-ingliż jgħidu….there is no better place than home! Ġa la darba persuna tiġi hawn, din ir-residenza, issir id-dar tiegħu jew tagħha. Ma’ għandi l-ebda dubju li kulħadd qed jagħmel, u ser jkompli jagħmel ħiltu, biex kull min jiġi joqgħod hawn iħossu li tassew qiegħed f’daru, li jħoss li hawn huwa “home” u li minħabba iċ-ċirkostanzi personali, hawn hu l-aħjar post li għandu jkun fih. (This is the better place to be)

Imma hawn ippermettuli nagħmel referenza għal fatt li għandna lkoll mpenn u obbligu qawwi biex kull individwu fil-kommunitajiet diversi tagħna jiġi megħjun, bl-iktar mod massimu, biex jibqa’ jgħix fid-dar personali tiegħu, fi ħdan il kommunita’ li jkunu trabbew fiha, …sa kemm iċ-ċirkostanzi jippermettu.

Lkoll nifhmu li l-qafas ewlieni ta’ dawn iċ-ċirkostanzi huwa essenzjalment wiehed - is saħħa ta l-individwu! L-impenn ewlieni tagħna huwa allura ċar ħafna - li  nagħmlu ħilitna biex kull individwu jibqa b’saħħtu!

Kull wieħed u waħda minna jifhem li s-saħħa ta’ l-individwu ma’ tikkonsistix  biss  mill-funzjoni tajba tal-ġisem, mhux biss is-saħħa fiżika, dan iva hu mportanti ħafna, imma s-saħħa għandha  dimensjonijiet ….fatturi….aspetti  importanti ħafna oħra.

L-Għaqda Dinjija Tas-Saħħa (WHO) tfakkarna lkoll li l-aspett soċjali, l-fatturi psikoloġiċi, u d-dimensjoni spiritwali tal-ħajja ta’ l-individwu kollha   jikkontribwixxu, u għaldaqstant jiddetterminaw, is-saħħa ta’ l-individwu.

Il-Ministeru tas-Saħħa, qed juri mpenn kbir biex id-definizzjoni ta’ x’inhi verament is-saħħa tkun l-ixprun li tmexxina f’dak li għandna dover li nipprovdu u li ntejbu biex nassiguraw is-saħħa ta’ l-individwi fil-kummunitajiet ta’ pajjiżna.

Lkoll illum napprezzaw li iva, irridu noffru ħafna servizzi mediċi, sptarijiet attrezzati sew, mediċini varji, u ħafna aktar, biex is-soċjeta’ tagħna tibqa’ fiżikament b’saħħitha, imma, irridu lkoll nagħmlu l-almu tagħna biex l-bżonnijiet soċjali, psikoloġiċi u spiritwali ta’ l-indiviwu jkunu lkoll milqugħin u rispettati. Hekk biss nistgħu naspiraw li kull persuna tibqa’ verament b’saħħitha u f’pożizzjoni li tgħix kemm jista’ jkun fit-tul u f’darha stess, fil-kommunita’ li tant tgħożż.

Dan l-impenn lejn  saħħa aktar ħolistika, li tiġbor fiha l-bniedem mill-aspetti kollha, hija t-triq li jrid jieħu kull impenn u kull inizzjativa, daqstant importanti u essenzjali ta’ żvillup ta’ djar ta’ residenza għall-anzjani, bħal ma qegħdin nawguraw illum.  

Qed naħdmu b’ħilitna biex ikun hawn bilanċ tajjeb bejn inizjattivi differenti fi ħdan il-Ministeru li jirriflettu il-bżonnijiet diversi tal-membri tas-soċjeta’ tagħna.

Bil-bini ta’ Mater Dei għollejna l-livell tas-servizz mediku ġewwa pajjiżna u għollejna l-aspettativa tal-poplu Malti u Għawdxi. Biż-żieda fin-numru ta’ l-operazzjonijiet – li s-sena li għaddiet telgħu għal 39,000 operazzjoni - mhux biss tawwalna l-ħajja ta’ kull persuna, imma, aktar importanti minn hekk, tejjibna l-kwalita` tal-ħajja. Dan is-servizz mediku komplet irid ikompli jinfirex permezz taċ-Ċentri tas-saħħa u kliniċi … ġodda jew imġedda mifruxin mal-pajjiż. Jekk inkomplu niffukaw aktar fuq il-kura preventiva u nnaqsu l-inċidenza ta’ mard kroniku bħall-obeżita’, dijabete u mard tal-qalb nistgħu naspiraw li fis-snin li ġejjin kollha kemm aħna ngħixu ħajja itwal u aħjar, fil-komunita’ tagħna.

Nawgura u nirringrazzja lil kull min ta’ sehmu lejn din l-inizzjattiva, lejn dan l-iżvillup sabiex il-bżonnijiet ta’ dawn l-individwi jiġu milqugħa b’dan il-mod tant dinjituż.

Nirringrazzja lill-Onor Mario Galea u lit-tim kollu fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ tal-ħidma bla għeda tagħhom f’dan is-settur. Ippermettuli nirringrazzja wkoll lill-predeċessuri tagħna li għarfu l-bżonn ta’ proġetti bħall dan li qed ninawguraw illum.

DOI – 23.05.2010

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow