Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA

PR0946
Date Icon 21/05/2010

Il-Ministru Dolores Cristina tiċħad kategorikament l-allegazzjoni ta’ Evarist Bartolo

Il-Ministru Dolores Cristina qatt  ma tajret lil xi uffiċjali li qalulha b’xi nuqqasijiet li kien hemm fit-tmexxija tal-Aġenzija tal-Programmi Ewropej.

Hi invenzjoni totali tal-Onor. Evarist Bartolo li kien hemm xi investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). L-OLAF qatt ma għamel xi investigazzjoni fl-operat tal-Aġenzija tal-Programmi Ewropej.

Kuntrarjament għal dak li qal Evarist Bartolo, mhux il-każ li s-sospensjoni ngħatat għax  “sabu ħafna nuqqasijiet gravi ta’ kif intużaw il-fondi”. Din hi invenzjoni oħra ta’ Evarist Bartolo. Il-programmi kienu sospiżi bi prekawzjoni sakemm il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-miżuri meħtieġa ta’ assikurazzjoni jkunu  ġew implimentati mill-Aġenzija tal-Programmi Ewropej. Dan minħabba l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea u l-awdituri (li kienu mqabbda mill-Ministeru stess) talbu li jittieħdu miżuri biex jassiguraw il-kontrolli operattivi u finanzjarji meħtieġa.

 Min-naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja diġa’ qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiddaħħlu dawk il-proċeduri u jissaħħu s-sistemi ta’ kontroll skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumissjoni u tal-Awdituri.  Il-Ministeru hu mpenjat li jieħu l-passi rakkomandati biex il-Kummissjoni Ewropea tkun sodisfatta u l-imsemmija programmi jitkomplew kemm jista’ jkun malajr.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow